Il-Bużu jaqla xeba ilma mingħand it-tfal tal-Melita
Carmel Busuttil jagħlaq l-istaġun mal-Melita b'ħasla tajba
L-eks Footballer famuż Malti li għamel ġieħ lilu u lil Malta meta għal seba snin sħaħ kien il-captain tat-team Belġjan fl-ogħla Diviżjoni, KRC Genk filwaqt li kien rebbieħ tal-unuri kollha li joffri l-Football Malti, Carmel Busuttil, magħruf bħala l-Bużu, dalgħodu qala ħasla tajba.
Fi tmiem l-istaġun tiegħu bħala coach tan-nursery u tal-iskola tal-Football tal-Melita fejn rebaħ il-kampjonat ta' taħt it-13-il sena , it-tfal ġrew ġirja warajh filwaqt li tawh ħasla tajba ilma biex żgur jibqa' jiftakarhom. il-Bużu hu maħbub ferm mat-tfal tan-nurseries tal-Football fejn wara li temm il-karriera tiegħu bħala player ħa l-liċenzja ta' UEFA pro licence mill-aqwa skola tal-coaching tal-football tad-dinja f'Coverciano u iddedika ħajtu u l-karriera għat-tfal tan-nurseries jgħallem il-logħba li tant tatu sodisfazzjon.
It-tbissima fuq wiċċ it-tfal titkellem weħidha.