Kanye West jilbes it-toga u jieħu d-dottorat

Ir-rapper Amerikan jingħata dottorat onorarju għall-"kontribut tiegħu fid-dinja tal-arti"

Waqt iċ-ċerimonja West deher jitbissem ħin kollu - ħaġa li ma jagħmilx ta' spiss
Waqt iċ-ċerimonja West deher jitbissem ħin kollu - ħaġa li ma jagħmilx ta' spiss

Mument li kulħadd ikun qed jistenna b'tant ħerqa wara snin jaħdem qatigħ huwa dak il-jum fejn fih jattendi għaċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tiegħu jew tagħha stess - jum fejn fih il-qraba u l-ħbieb iħossuhom kburin bihom, u b'dak li jkunu għadhom kif kisbu.

Jidher li issa kien imiss lill-Kanye West, li ngħata dottorat onorarju mill-Iskola tal-Istitut tal-Arti f'Chicago, nhar it-Tnejn li għadda.

L-udjenza semgħet kif "Kanje jemmen li dak li jħoll u jorbot huwa li tgħid fil-mużika, u mhux il-mużika nnifisha. Huwa uża l-arti sabiex sar ġgant fid-dinja tal-arti."

Lisa Wainwright, id-dekana tal-istess istituzzjoni qalet li kienet baqgħet mistagħġba meta saret taf li West kien jattendi l-iskola. "Għidna, 'dan ir-raġel ħaqqu dottorat onorarju mingħandna!"

Kanye mhux l-uniku membru tal-familja West li jista' jissejjaħ Dott, hekk kif ommu, li llum il-ġurnata mejta, Dr. Donda West kienet Professur tal-Ingliż fl-Università Clark Atlanta, kif ukoll iċ-Chairperson tad-Dipartiment tal-Ingliż fl-Università tal-Istat ta' Chicago.

"Jien artist pop," qal West fid-diskors tiegħu waqt iċ-ċerimonja, "il-mezz tal-arti tiegħi huwa l-opinjoni pubblika, it-tila tiegħi hija d-dinja."

Ir-rapper, għalkemm magħruf għal mużika tiegħu, bl-album tad-debut tiegħu ironikament msejjaħ "College Dropout" ta l-kontribut tiegħu wkoll għad-dinja tal-films kif ukoll fil-moda. Il-mara tiegħu, Kim Kardashian minkejja li ma setgħetx tkun preżenti għaċ-ċerimonja, bagħtet il-prosit permezz ta' Twitter.

 

More in Zekzik