Vienna bi dwal tat-traffiku b'differenza

Bi tħejjija għall-Eurovision, fil-belt kapitali tal-Awstrija jispikkaw dwal tat-traffiku b'figuri gay
 

Il-preparamenti fi Vienna, bi tħejjija għall-Eurovision Song Contest għaddejjin ġmielhom - u jidher li l-kapitali Awstrijaka qed tara li anke dawk li ħa jżuru l-belt speċifikament għal dan l-avveniment jħossuhom siguri, u kif ukoll komdi.

Hekk kif dan il-festival huwa popolari speċjalment fil-komunità gay, u kif ukoll minħabba li r-rebbieħa tal-istess Awstrija Conchita Wurst saret simbolu marbuta mad-drittijiet LGBTQI, it-toroq ta' Vienna mtlew bi dwal tat-traffiku li juru koppji gay bil-qlub - minflok il-figura tas-soltu.

Dan huwa maħsub li sar ukoll biex tittejjeb is-sigurtà tat-traffiku - hekk kif bħalissa għaddejja kampanja ma' Vienna kollha biex ikun hemm aktar kuxjenza.

Il-Eurovision Song Contest ħa jittella' fit-23 ta' Mejju - u b'hekk fadlilna ftit aktar biex naraw x'aktar sorpriżi qed iħejju l-Awstrijaki għall-fans ta' dan il-festival!

More in Zekzik