Ilu ma jkolli rapport sesswali 13-il sena

Attur u simbolu tas-sess Spanjol iddeċieda li jieqaf jagħmel sess qabel isib l-vera mħabba

Eduardo Verastegui (41 sena), mudell, attur u ‘sex symbol’ mill-isbaħ iddeċieda li wara li fil-bidu ta’ żogħżitu kien jorqod ma għexieren ta’ nisa bl-addoċċ jieqaf milli jagħmel dan u jgħix ħajja ta’ kastita assoluta.

“Jien estremista f’kollox. Dak hu l-karattru tiegħi. Meta niddeċiedi xi ħaġa nagħmilha sal-aħħar, m’hemmx kantunieri. Persuna dixxiplinat ħafna u sfida neħodha” qal Eduardo.

“Jien ġej minn ambjent fejn jirrenja l-ingann, il-gideb u l-egoiżmu. U dejjem kont meqjus bħala ‘playboy’ u li kapaċi naħtaf kull mara li rrid bl-imħatri li nakkwista kemm irrid nisa. Lin-nisa kont narahom bhala l-kaċċa tiegħi u qatt ma rrispettajthom kif suppost.”

Meta kelli 28 sena iltqajt ma episodju li bidilli ħajti. Professoressa tal-Ingliż li kienet psikologa, meta rat l-ħajja diżordinata li kont qed ngħix, staqsietni jekk nixtieqx li fil-futur ikolli familja u ulied. Jien weġibtha fl-affermattiv u staqsietni jekk ikolli tifla nkun nixtieq li tiġi tratta kif qed nitratta n-nisa jien. Talbitni nniżżel lista ta’ kif nixtieq li ir-raġel ta’ binti jkun. U wara li ktibt il-lista sħiħa qaltli biex naqraha u ndunajt li jien ridt qaddis għal binti, kollox il-kontra li kont jien. U l-profesoressa staqsietni, “Għaliex tixtieq raġel hekk għal bintek meta int m’intix hekk għal tifla ta’ ħaddieħor?” u sammritni.

“Minn dak inhar iddeċidejt li ninbidel u wegħdt lill-alla li se nitratta lil kull mara kif nixtieq li tiġi tratta jekk ikolli binti, lill-ommi u lil ħuti l-bniet. Illum is-sess inqisu sagru u rrid naqsmu biss mal-mara l-aktar importanti f’ħajti, ma’ marti u ma’ omm uliedi. Irrid inkun fidil ma’ din il-mara li għadni ma ltqajtx magħha u għamilt wegħdha ta’ kastita sa ma niltaqa ma’ din il-mara. U tgħallimt niddixiplina lili nnifsi li nikontrolla l-passjonijiet tiegħi. Dan ifisser ukoll li lanqas nimmasturba. Kastita assoluta u issa ilni 13-il sena ngħix ħajja kasta u ngħix seren.

“Il-filosofija tiegħi hi li l-aqwa rebħa meta jirnexxilek tirbaħ lilek innifsek. Jien iddixiplinat spiritwalment u jekk tneħħili lill-Alla mill-ħajja nikkolassa f’żewġ minuti. Tinsewx li jien ngħix f’ambjent mimli tentazzjonijiet tal-isbaħ nisa”

 

More in Zekzik