Mument ta' paċi u solitudni f'dinja mgħaġġla u storbjuża
Ipparteċipa inti wkoll fil-kompetizzjonijiet tal-MaltaToday Observer
Forsi fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, u dik kemxejn storbjuża ta' pajjiżna, ftit li xejn jirnexxilna nsibu mument għall-kwiet li fih nistgħu nirrilassaw waħidna.
Mhux ta' b'xejn li meta naraw xi xena bħalma qed naraw hawn fuq, ma nistgħux ma niħdux ritratt biex nibqgħu niftakru dak il-mument li ftit jew wisq sar xi ħaġa rari - frejgatina għad-dell tal-irdum tax-Xlendi qabel ma bi spettaklu ta' kuluri, ix-xemx twarrab u tagħmel l-ispazju għall-qamar.
Ir-ritratt hawn ttieħed minn Samantha Debono, u barra li jfakkarna f'mumenti li forsi kulħadd jixtieq li għandu aktar minnu, kif ukoll fuq ix-xenarju spettakolari f'Malta, wassal ukoll sabiex tirbaħ monitor 18" minn Datax, f'kompetizzjoni tal-fotografija tal-MaltaToday Observer.
Għalkemm ma nistgħux inwegħduk li nrebħuk mumenti ta' serenità u ta' paċi bħalma nistgħu naraw fir-ritratt, inti wkoll tista' tipparteċipa biċ-ċans li tirbaħ premijiet differenti, kif ukoll tesibixxi r-ritratti tiegħek fuq il-MaltaToday Observer.
Hemm kompetizzjonijiet u bords li jinbidlu regolarment - kull ma trid tagħmel huwa li żżur observer.maltatoday.com.mt biex tikkontribwixxi, waqt li tista' tibqa' aġġornat permezz tal-paġna fuq Facebook facebook.com/mtobserver.