Instabet 'it-tewmija' ta' Moira Delia fuq l-Internet
Qatgħa għal Moira meta rat dan ir-ritratt

Fatt kurjuż hu li l-preżentatriċi televiżiva popolari Moira Delia din il-ġimgħa rċeviet messaġġ mingħand persuna li hi ma tafx, Amy Colman u din qaltilha li waqt li kienet qed tibbrawsja fuq website 'Twin Strangers' li hu proġett madwar id-dinja biex wieħed isib dik hekk imsejħa 'tewmi' jew ' tewmija' tiegħek, inkella kif isejħulha t-Taljani is-sosja tiegħek ltaqa ma' dan ir-ritratt li skont Amy (u għandha raġħun) hi fula maqsuma ma' Moira Delia u bagħtilha l-iscreen shot tiegħu.

Moira bagħtietli dan ir-ritratt u qaltli li ħadet qatgħa kbira meta rat ir-ritratt u baqgħet ċċassata lejn ix-xebh kbir li hemm bejnha u bejn din it-tfajla li tidher li hi iżgħar fl-eta iżda għandha l-kulur, il-ħarsa u t-tbissima u l-karnaġġjon eżatt ta' Moira Delia.
Tgħid int u jien għandna sosja tagħna tiġri x'imkien?