Sess vjolenti u mimli passjoni wasslu sal-ħabs

Ma kienx San Valentinu għaż-żagħżugħ ta' 24 sena...aqra l-istorja

Spiċċa l-ħabs, Samuel Price student ta' 24 sena ġie kkundannat għall-ħabs wara li għamel lejl mimli sess bi vjolenza mat-tfajla tiegħu Elizabeth Sandin ta' 20 sena. Samuel li hu minn Chester, l-Ingilterra kellu relazzjoni ma' Elizabeth għal sena anke jekk kien hemm mumenti li kienu jħassru u jerġgħu jirranġaw.

Fil-lejl ta' San Valentinu hu u Elizabeth spiċċaw fis-sodda flimkien fir-razzett tal-familja tiegħu li jiswa £1 miljun u kien xurban u beda jagħmel sess passjonali wisq mimli vjolenza. Gidmilha sidirha, il-warrani, għonqha u kuxxtejha filwaqt li beda jġebbdilha xagħarha. Iżda hu qal fil-qorti li hi kienet qed tieħu pjaċir b'dak li kien qed jagħmel.

Meta marru jarrestawh hu qal li f'kull ħin kellu kontroll fuq is-sitwazzjoni u beda jigdimha biex iqajmlilha ftit il-moral. Iżda meta l-maġistrat raha ir-ritratti ta' kif immaltrattaha weħlu multa ta' £200 u £850 tal-ispejjeż li għamlet filwaqt li ntbagħat ġimgħa ta' 40 siegħa jaħdem għal komunità bla ħlas.

Il-każ ġara fi Frar iżda kien ilbieraħ li nqata' l-każ u wara s-sentenza hu talab skuża lil Elizabeth. Il-każ sar fir-razzett tal-familja ta' Price li jiswa miljun lira sterlina filwaqt li hu jattendi Abbey Gate College, ħdejn Chester li tqum £11,700 - kull sena mħallsin mill-ġenituri tiegħu li huma sinjuri. Elizabeth qalet li qatt ma stenniet dak li għamlilha Price u għalkemm ppruvat twaqqfu hu baqa' sejjer għax kien f'sakra mejjet. "Fdajt persuna li qatt ma jmissni fdajt" qalet Elizabeth lil qorti.

Damian Sabino, l-avukat difensur tiegħu qal li s-sess ta' bejniethom dejjem kien ibbażat fuq vjolenza iżda din id-darba mar oltre n-normal u f'xil-4.30 ta' filgħodu kif telqet biex tirritorna f'darha baqgħet sejra għand il-pulizija. 

More in Zekzik