infermiera f'Mater Dei kienet tisma’ vuċi tgħajtilha
L-ispirti fl-Isptar Mater Dei mal-ispiritwalista Pauljon
Kien għal ħabta tad-9:30pm f’April 2012 meta irċevejt telefonata mingħand
persuna li xtaqet appuntament urġenti. Meta ġiet għandi qaltli li kienet ilha biex tiġi għandi, imma beżgħet wara tliet attentati oħrajn ma’ spiritwalisti li ma waslu mkien.
Mela Karen ( isem fittizju) kienet taħdem bħala infermiera ġewwa Mater Dei, fin-‘night duty’ u kienet qed tesperjenza sitwazzjoni fejn bejn 1:00a.m. u 3:00a.m., fuq perjodu ta żmien, kienet tisma’ vuċi tgħajtilha , meta tmur ħdejn il-pazjenta kienet tieħu qata’ meta kienet tara spirtu ħdejn il-pazjenta rieqda. Hija tidher qed twassalilha messaġġ. Dan il-messaġġ kien ikun id-data tad-dħul jew ħruġ ta’ pazjent mill-isptar. U fil-fatt hekk kien jiġri, eżatt skont id-data li l-ispirtu kien jħabbar lill-pazjenta. Hija spjegat kif din l-istorja kienet ilha tiġri għal żmien twil.
Wara li, bil-kalma kollha, smajt l-istorja u dak kollu li hi kellha xi tgħid,
bdejt nipprova nifimha aħjar. Hi talbitni nigwidaha u ftit, ftit bdejna niltaqgħu aktar, bdejt nidħol aktar fl-istorja sakemm ma kellix triq oħra ħlief li mmur għand il-maniġment tal-isptar, nispjega dak kollu li kien għaddej u nitlob permess biex inkun preżenti f’ċertu ħin mal-klijienta.
Wara bosta laqgħat tawni permess, għall-tliet darbiet biss, biex f’ċertu ħin
inkun nista nassisti lill-Karen. Għalija dan kien pass importanti għax
irnexxieli nikkonvinċi lill-awtoritajiet tal-isptar li l-paranormal qiegħed magħna u madwarna.
Kelli inħejji sew lili nnifsi, kemm mentalment u anke spiritwalment, u dan
ridt nagħmlu f’ħin qasir u fi żmien limitat sew. Xtaqt li f’dawn it-tliet okkażjonijiet nifili sew dak li kien qed jiġri, bit-tama li Karen tħoss jew tara dak li kienet iddiskreviet.
Wasal l-ewwel lejl, ħejjejna kollox , imma ħrigna diżappuntati. Jien żammejt
il-kalma, għax dan hu importanti u għalhekk ħejjejt aktar għat-tieni sessjoni.
U tieni sessjoni waslet. Ħallietna bla kliem u bla dubju ta’ dak li kien qed jiġri f’Mater Dei, tant li ma kienx hemm bżonn tat-tielet sessjoni. Għal ħabta tas-1:45a.m. rajt lill-klijenta taġġixi b’mod stramb. Dan kien il-mument tal-kuntatt mal-antenat u ġejna iggwidati lejn il-pazjenta . X’ġara minn hawn tkunu tistgħu taqraw aktar fil-ħarġa tal-ILLUM tal-ġimgħa d-dieħla....