Ħabs għal tliet bdiewa li kienu jiprostitwixxu n-nagħaġ man-nies

Bestjaliżmu fl-aqwa tiegħu

Żewġt aħwa Adam (31 sena) u John Cafferty 28 sena flimkien ma' missierhom David (52 sena) kienu qed imexxu 'Gentleman's club' tan-nagħaġ fejn kienu qed jqaħħbu lin-nagħaġ man-nies li kien jismu 'The Ram Inn' fi Grange Road Swansea Wales. Dan għamluh  bejn Jannar 2011 sa Ġunju 2015. It-tliet bdiewa nstabu ħatja minn ġurija li damet tliet sigħat biex sabithom ħatja ta' kull akkuża.

Waqt il-ġuri ħareġ li dawn bnew website moħbi bħala 'deep web' fejn nies mill-Ingilterra kollha setgħu jagħżlu annimal li riedu u jibbukkjaw appuntament. Il-Missier u ż-żewġ ulied weħlu erba snin ħabs kull wieħed.

Il-missier ammetta li hu u wliedu kieneu 'business partners' u ammetta li l-post kien burdell tal-annimali fejn il-kmamar tas-sodda kellhom mirja mas-saqaf u kien hemm anke ċintorini mas-saqajn tal-injam.

 L-RSPCA ħadu mill-post 47 nagħġa ta' kuluri diversi u razza, li kien jinkludi nagħġa 'pigmy' mill-Asja. Jingħad li huma kienu jiċċarġjaw flus skont ir-razza tan-nagħġa.

 

More in Zekzik