(kliem espliċitu dwar sess) Pupo minn meta kellu 14-il sena ried sess tliet darbiet kuljum
Tobba qalulu li l-qosra għandhom enerġija sesswali konċentrata

Żgur li ħadd ma raha lil Pupo kif pinġa lilu nnifsu f'intervista mal-magazine Popolari Taljan, Panorama. Il-Kantant u preżentatur televiżiv, Enzo Ghinazzi magħruf aktar bħala Pupo taha intervista taħraq sew dwar il-ħajja sesswali tiegħu fejn fiha ma dar mal-ebda kantuniera. Pupo li f'Settembru li ġej jagħlaq 60 sena qal li hu ma jaħbix il-passjoni li għandu lejn is-sess, "Bdejt ta' 14-il sena, fgejn minn dak in-nhar kont irrid nagħmel sess tliet darbiet kuljum. Xi tobba qaluli li aħna l-qosra għandna enerġija sesswali konċentrata ħafna.

"Dejjem għext ħajja li nagħti pjaċir lil partner li jkolli miegħi, dejjem staqsejt lil kull mara li kont magħha biex tgħini nwassalha għal estasi sesswali. Għalija ma jeżistu l-ebda limiti fis-sess. Jekk mara trid timmasturba quddiemi nħalliha tagħmel dak li tixtieq. Inħobb ħafna s-sess orali u anke s-sess anali." Hu qal ukoll li jħobb ħafna l-ġugarelli tas-sess (sex toys) għax dawn jgħinuk tesplora s-sess. "Il-ħolma tiegħi erotika dejjem kienet li jkolli x'naqsam sesswalment mal-ġurnalista Daria Bignardi. "Qatt ma ħallejtha tintervistani f'xi show minn tiegħi għax naf li ma kontx nissaporti li nibqa kalm quddiemha."