Wara Pupo kien imiss lil Pippo jitkellem dwar is-sesswalita tiegħu
Baudo jgħid li l-aktar parti erotika ta' mara huma l-idejn filwaqt li ma jaqbilx mal-Viagra
Pippo Baudo bħala demokristjan konvint hu wkoll konservattiv anke taħt il-lożor.
Il-preżentatur u showman popolari bħal kollega tiegħu Pupo ddeċieda li anke hu jitkellem dwar il-ħajja sesswali tiegħu. Kif iċċaqlaq Pupo iċċaqlaq Pippo insomma. U bħal Pupo għamel intervista mal-Panorama dwar il-ħajja sesswali tiegħu li hi ferm diferenti milli jaħsibha Pupo.
Dawn l-intervisti saru wara l-ktieb ta’ ‘Fifty Shades of Grey’ u hawn Pippo Baudo qal li Mr Grey għalih kien persuna insikur u kien juża d-doiminanza tiegħu fuq in-nisa biex jgħatti l-insigurta tiegħu.
“Jien qatt ma tlabt tfajla minn dawk li ħadmu miegħi fix-shows biex jiġu jorqdu miegħi. Dik kienet l-kodiċi morali tiegħi.”
Dwar il-viagra Pippo Baudo li għandu 79 sena qal li fl-eta tiegħu l-istint tas-sess huma kwieti, “iżda nirrifjuta li nqajjem il-passjoni tiegħi b’xi ħaġa kimika. Nippreferi nikteb, nirrifletti u ninnota. Dejjem kelli sesswalita moderata, attiva u mingħajr disturbi. Il-parti l-aktar erotika tal-mara huma l-idejn. Għax l-idejn ta’ mara jgħidu wisq dwarha.
“Qatt ma kelli fantasiji ta’ dominju. In-nisa li ħriġt magħhom jien kollha kienu liberi u indipendenti u żgur li ma kinux se jippermettu li niddominahom sesswalment. In-nisa li kelli jien riedu biss sentiment u mhux daqqiet ta’ frosta.”
Mistoqsi jekk ġiliex faqqa xi waħda fuq xi warrani ta’ mara hu qal, “dejjem b’ċerta delikatezza, qatt b’mod vjolenti. Il-manetti u l-bondage huma kollha stupitaġni li huma l-bogħod min-nies intelliġenti. Nibqa romantiku tradizzjonalista.”
Żgur li Pippo hu ħafna differenti mill-imqareb Pupo.