L-Oroskopju tal-ILLUM

Leo - Xenarju li ħsibt li se jispiċċa ferm pożittiv fil-fatt qiegħed tinduna li se
jispiċċa xi ftit ħażin, din hi ezperjenza li int għandek tagħlima fiha għall-futur tiegħek biex tirregola żbalji li għamilt. Żgur se tagħraf timxi aktar b’moħħok għall-futur. Iżjed jekk tidħol fis-sit

Leo - mit 23 ta' Lulju sat-22 ta'Awissu
Xenarju li ħsibt li se jispiċċa ferm pożittiv fil-fatt qiegħed tinduna li se
jispiċċa xi ftit ħażin, din hi ezperjenza li int għandek tagħlima fiha għall-futur tiegħek biex tirregola żbalji li għamilt. Żgur se tagħraf timxi aktar b’moħħok għall-futur.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgha huwa t-Tnejn.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgha huma 1 , 18 , 22 u 44.

Virgo – mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru
Ġej mument maġiku għalik,  lise tkun fażi vera tajba u ta’ sodisfazzjon ,
Imma għamel linja sa fejn se tafda, għax mhux kull min ġej jifraħlek se jkun
qed jagħmel dan mill-qalb, ipproteġi lilek innifsek!
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa hu s-Sibt.
L-aktar jum negattiv  għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont bejnin-nies.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8 , 15 , 29 u 43.

Libra- mit 23 ta'Settembru sa 23 ta' Ottubru
Fażi delikata ħafna ġejja madwarek imma persuna se tgħinek toħroġ minna meta ħsibt li d-dinja tista iddur kontra tiegħek.  Jekk tqis din il-persuna bħala l-anġlu kustodju tiegħek f’idejk, imma żgur li salvatek minn għarqa ċerta!
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħadd.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa
Libra huma magħrufin li huma attivi.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgha huma 4 , 17 , 27 u 33.

Scorpio- mill 24 ta' Ottubru sat 22 ta'Novembru
Int margħruf/a għall-ugwaljanza, taħfer u tagħder, u moħħok mistrieħ/a li kulħadd jagħraf dan. Imma ġo fik taf li għad għandek il-kontijiet x’tirranġa ma’ persuna partikulari! Wasal iż-żmien li tigdem ilsienek magħha wkoll u tirranġa il-kotba.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgha huwa l-Erbgħa.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgha huwa s-Sibt.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8 , 15 , 34 u 41.

Sagittarius-mit 23 ta' Novembru sa 22 ta' Diċembru
Bħal qisek qed tħoss il-maltemp riesaq, il-verita’ hi li qed tħoss inkwiet ta’
persuna riesaq lejk. Taqtax qalbek, b’saħħtek biżżejjed biex tilqa’ għal dak
kollu li ġej u toħroġ sodisfatt/a
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Sagittarius huma magħrufin għall-abilita’organizzattiva
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgha huma 3 , 18 , 21 u 35.

Capricorn- mit-23 ta' Dicembru sad-19 ta’ Jannar
Inkwiet madwarek għalkemm mintix involuta , xorta qiegħed jinkwetak bhallikieku int involute. Għaraf li int iżomm sernita’ u konċentrazzjoni ħalli
tibqa għaddejja fil-ħajja tiegħek. Huwa żmien li  tirrilassa.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgha huwa t-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Capricorn huma magħrufin għal l-ispontanjeta’ tagħhom.
Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 6 , 12 , 26 u 34.

Aquarius-mill 20 ta' Jannar sat 18 ta' Frar
Persuna li int mingħalik li tista sserraħ rasek minnha, fil-fatt qed tinduna li dan mhux iil-każ. Hemm bżonn li int, f’ċertu aspetti tal-ħajja tagħraf lilek innifsek u mhux tistrieħ fuq ħaddieħor. Għandek bżonn iżżomm bilanċ fid-dieta.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgha huwa l-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa L-Erbgħa.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgha huma 9 , 16 , 29 u 38.

 

Pisces – mid-19 ta'Frar sal-20 ta' Marzu
Din il-ġimgħa is-sens komun tiegħek ha jgħinek tegħleb sitwazzjoni u wara tħossok ferm ahjar. Uħud jafuk bħala persuna serja ħafna, imma tajjeb turi aktar tbissima. Din il-ġimgħa ħu ħsieb il-pressjoni li jista joħloq xogħol.
L-aktar jum pożittiv għal din il ġimgħa hu s-Sibt.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa hu l-Erbgħa.
Pisces huma magħrufin għall-abbilita’ u twemmin fihom infushom.
Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 8 , 17 , 24 u 39.

Aries- mill-21 ta' Marzu sal -20 ta'April
Din il-ġimgha persuna madwarek se tagħmlek nervuż/a , taqax għan-nassa tagħha u tikkonfrontahiex. Int magħrufa għall-kontroll tiegħek , issa il-waqt li turi dan. Ħejji ghal vaganza li għandek bżonn u għal żmien ta’ rilassament.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgha huwa t-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgha huwa l-Ġimgha.
Aries huma magħrufin għal attenzjoni li jagħtu
Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 4 ,11 , 29 u 38.

Taurus-mill 21 ta'April sal-20 ta'Mejju
Taurus huma magħrufin li jimxu mar-regoli u stretti. Xi kollega tiegħek se
taqbdu jikser regola, x’se tagħmel int? Jekk għandek relazzjoni ħu ħsieb li iżżid l-attenzjoni, jekk le, sib ħin għalik u żmien biex tagħraf aktar il madwar tiegħek.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgha huwa t-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgha huwa s-Sibt.
Taurus huma magħrufin għall-istabbilta’.
Numri Favoriti miegħek għal din il-ġimgha huma 5,10 ,18 u 31.

Gemini -mill 21 ta'Mejju sal 20ta'Gunju
Xi ħadd se jitkellem dwarek u int trid tirrifletti mhux dwar il-kliem li tisma imma it-tifsira ta’ dak li qiegħed iwassal il-messaġġ. Tibdil qiegħed jiġri madwarek, tibżax mill-isfidi li ġejjin, ħajtek qiegħda fit-triq għal bidla kompluta!
L-aktar jum pożittiv għal din il ġimgha huwa s-Sibt.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa hu l-Erbgħa.
Gemini huma magħrufin għal flessibilita’.
Numri favoriti miegħek ghal din il-ġimgħa huma 7 , 13 , 27 u 38.

Cancer -mill 21 ta'Gunju sat-22 ta'Lulju
Mument fejn trid tagħraf aktar il-pożizzjoni tiegħek , f’kull parti tal-ħajja,
huwa żmien li int trid tkompli tħares iżjed lejn il-karriera tiegħek u
l-indipendenza tiegħek. Se tkun ġimgħa li finanzjarjament se tkun iebsa, imma ha tħosok kuntenta għal dak li ġej.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgha huwa s-Sibt.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgha huwa t-Tlieta.
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7 , 14 , 25 u 34.
 

More in Zekzik