[Filmat] Mill-Gżira sal-Marsa fit-trailer ta’ 13 Hours

Diversi atturi Maltin, fosthom Frida Cauchi, Alan Paris u Manuel Cauchi, jieħdu sehem fil-produzzjoni li nġibdet f' Malta "13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi"

Waħda mix-xeni tal-film 13 Hours li nħadmet f'Albert Town, il-Marsa
Waħda mix-xeni tal-film 13 Hours li nħadmet f'Albert Town, il-Marsa

 

Ġie ppubblikat it-trailer tal-film “13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi” – il-prroduzzjoni ċinematika ta’ Michael Bay li inġibdet f’Malta f’ April li għadda.

Fit-trailer jidhru xeni tal-Belt Valletta qrib Victoria Gate, Manoel Island, Kordin u anke l-Mosta. Xeni tal-produzzjoni nħadmu wkoll f’ bosta lokazzjonijiet oħrajn f’Malta, fosthom Albert Town, il-Gżira, u anke l-Furjana.

Fil-film ħadu sehem ukoll bosta atturi Maltin, fosthom Frida Cauchi, Manuel Cauchi, Alan Paris, Joe Azzopardi, Marc Cabourdin, Andre Agius, Larissa Bonaci, Wesley Ellul, Fabio D’Amato, Steffi Thake, Davide Tucci, u Erica Muscat.

Il-produzzjoni hija bbażata fuq il-ktieb ta’ Michael Zuckoff u titratt l-istorja ta’ sittt membri ta-sigurtà Amerikani li kellhom jipproteġu faċilità Amerika f’Benghazi, l-Libja, meta safa attakat fl-2012.

Fil-film jieħdu sehem bosta atturi rinomati, fosthom Pablo Schreiber, John Krasinski, Toby Stephens, David Denman, u David Costabile.

More in Zekzik