Il-Kamera jgħidu ma tigdibx...iżda l-mera tqarraq bik

L-istess mara bl-istess libsa daret 10 mirja f'10 ħwienet popolari fl-Ingilterra: dan hu r-riżultat - iftħu u araw

Kull mara taf (u kultant anke l-irġiel) xi dwejjaq psikoloġiku tgħaddi minnu meta tmur fi dressing room tipprova libsa li fuq barra tkun fuq mannekin li tant toqgħdlu perfetta. Jippruvaw il-libsa u joħorġu jarawha fil-mera. U f'xi ħwienet kulma tilbes ikun joqgħodlok perfett u fi ħwienet oħra il-libsa toħroġ id-difetti kollha.

Mhux hekk tipprovaha fil-ħanut u tkun perfetta tmur id-dar quddiem il-mera u tkun diżastru. Għaliex hemm ħwienet li meta tipprova libsa tidher li naqqast size minn dak li int u hemm oħrajn li jħaxxnuk żewġ sizes?

Din il-mara Ingliża ddeċidiet li tixtri libsa tal-jersey li normalment turi d-difetti u l-preġji kollha u tippruvaha quddiem 10 mirja differenti minn 10 ħwienet Ingliżi l-aktar popolari. U dawn kienu r-riżultati kollha. 

Kultant meta tieħu ritratt jgħidulek li l-kamera ma tigdibx iġġibek kif int...iżda minn dawn il-provi juru li l-mera tqarraq bik.

 

 

 

More in Zekzik