€2,000 għal min ikollu t-tielet wild jew aktar

Parroċċa qrib Siena tagħti dan ir-rigal waqt il-magħmudija biex tgħin li tingħeleb il-kriżi tal-familja

€2,000 għat-tielet wild 'l hemm biex jgħinu b'mod konkret l-kriżi tal-familji li b'kuraġġ għandhom jaċċettaw id-don ta' tarbija oħra.

Hekk hemm miktub fuq is-sit tal-parroċċa ta' Staggia Senese raħal ċkejken medjevali fil-provinċja ta' Siena fil-Val D'Elsa. Il-parroċċa ddeċidiet li tippromwovi l-wild tat-tfal billi tagħti dan il-bonus lil min mill-2,000 abitanti t'hemmhekk jiddeċiedi li jkollu it-tielet wild jew aktar. Dan il-bonus jgħodd biss għal parruċċani Kattoliċi Taljani u mhux għal barranin li jgħixu hemm. Issa jekk ikun hemm biżżejjed fondi allura l-offerta tmur ukoll għal dawk barranin. Il-bonus jgħodd ukoll biss għal dawk miżżewġin bil-Knisja. Din l-inizjattiva ġiet proposta minn saċerdot żagħżugħ, Dun Stefano Bimbi. l-arċipriet ta' Staggia.

Don Stefano qal li ċ-ċekk għat-tielet wild jingħata waqt li t-tarbija tkun qed titgħammed.


 

More in Zekzik