Il-Kelb tal-Mosta li baqa’ leali (3)

It-Tielet parti tar-rakkont

It-titjira kellha tittardja u waslet kmieni l-Ħamis filgħodu għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu.
Ovvjament, minħabba dan, il-mamà kellha tinġabar lura d-dar u jien kelli naqbad taxi lejn id dar.
Il-karozza, bħal qisu bdiet taħdem ħażin u jien tlabt f’qalbi li ma jinqala’
xejn aktar, imma malli wasalna ħdejn il-knisja tal-Mosta, il-karozza waqfet u sid it taxi ħareġ biex jara x’inqala’ għax jien kien għad baqali t-triq għall-estate.
Fil-ħin u l-mument, ħdejn it-taraġ tal-knisja, nara lil Rex, wieqaf iħares dik
il-ħarsa ċassa lejja, u bejni u bejn ruħi staqsejt x’inhu jgħamel hawn dan il-ħin. Imma peress li kont ili ma narah għal xhur sħaħ, il-ħsieb malajr telaq.

Peress li tat-taxi kien għadu qiegħed jinnaviga, għidtlu li ħa nimxiha sad-dar fil-kumpanija tal-kelb,u hekk għamilna. Mat-triq, Rex kien viċin miegħi bħal qisu irid jipproteġini! Kienet mixja li QATT mhu ser ninsa. Wara madwar 25 minuta mixi, wasalna kważi ħdejn id-dar, f’daqqa waħda, Rex waqaf, ħares lejja b’ħarsa profonda. Nebaħ bħal qisu ried jgħaddili xi messagġ u telaq.

Jien ħsibt li mar ibexbex u ftaħt il-bieb tad-dar, u fuq il-pultruna sibt lill-mamà mistrieħa. Kif ersaqt lejha mill-ewwel ħassitini, u spiċċajna ngħannqu lil xulxin. Ftit wara, staqsietini, "Mela ħallejt il-bieb miftuħ?" Ħarist lejha u weġibta. Għidtilha, “Iva ma, għax Rex mar idur ftit u ħallejt il-bieb miftuħ biex kif jiġi, jidħol!”
Il-mamà qaltli, “Ibni, mur għalaq dak il-bieb u ejja poġġi ħdejja,” u hekk għamilt, b’konfużjoni ġewwa fija!
Qaltli, “Tiftakar meta ċempilt u saqsejtni għal Rex?” Weġibtha, “Iva, niftakar, imma int kont weġibtni li kollox kien sew!”

“Ibni, peress li kont naf kemm kont tħobbu, bżajt li jiġrilek xi ħaġa! Ftit ġimgħat wara li tlaqt, Rex beda bħal qisu jagħmel f’qalbu. Beda jnaqqas mill-ikel, niftakar dejjem mixħut wara l-bieb jistenna, jistenna, imma saħħtu bdiet sejra lura. Ippruvajna ħafna nimmedikawh, imma l-vojt tiegħek kien kbir, u f’dik il-ġurnata li int kont ċempilt ftit siegħat qabel, Rex kien ħalliena!
Qattajt lejl naħseb u naħseb, imma kif jista’ jkun? Kien qisu ħaj normali t-triq kollha? U x’kienet ir-raġuni allura, li ggwidani sad-dar?
Iddeċidejt li inċempel lil PaulJon wara li kellmitni mara dwaru u ngħidlu li jien qassis u li nixtieq inkellmu. Fehemni dak kollu li ridt inkun naf dwar Rex, u hu bil-ġentilezza kollha, tani spjegazzjoni wiesgħa li fhimt aktar li Rex qiegħed madwari b’forma oħra, forma li diffiċili temmen! Imma dak il-ħin li Rex mexa miegħi.

Trid twassal rakkont personali lill-qarrejja? iċċemplu fuq
99013600 jew ibgħatu email fuq [email protected].
 

More in Zekzik