Jinstab ħanżir b'żewġt irjus
Għandu 4 għajnejn, żewġt iħluq li jaħdmu t-tnejn u tliet widnejn
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/pig1.jpg)
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/pig2.jpg)
Ħanżir żgħir b'żewġt irjus instab ħdejn tempju buddist fiċ-Ċina u sar ċelebri fejn qed jieħdu ħsiebu b'mod aktar minn oħrajn. L-annimal għandu 4 għajnejn, żewġt iħluq li jaħdmu t-tnejn u tliet widnejn u ġie adottat minn dak li sabu.
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/pig3.jpg)
Saqajh huma dgħajfa wisq biex iżomu ħisem b'żewġt irjus għalhekk l-annimal għandu bżonn għajnuna kostanti fejn qed jiġi mitmugħ ikel tat-trabi. Normalment annimali li jitwieldu hekk imutu fi żmien jumejn, iżda s'issa għadu ħaj u dak li adottah jixtieq li jrabbih fit-tul.
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/pig4.jpg)
More in Zekzik