Koppja 'gay' ilhom flimkien 55 sena

L-aktar koppja gay li ilhom flimkien fil-Gran Brittanja

"meta ltqajna l-ewwel darba fl-1960, kienet mħabba mal-ewwel daqqa t'għajn, u għadna ninħabbu sal-lum" din hi l-affermazzjoni ta' Ted Spring u Paul Pollard minn Plymouth l-Ingilterra anke jekk illum għandhom 78 u 77 sena rispettivament.

Ted u Paul huma l-aktar koppja gay li ilhom flimkien fl-Ingilterra u probabbilment fl-ewropa kollha. Meta ltaqgħu 55 sena ilu f'lokal frekwentat esklussivament mill-gays, paul kien jaħdem bħala kok, filwaqt li Ted kien baħri. It-tnejn bdew relazzjoni fejn issuperaw elf diffikulta, l-aktar li kienu jkunu 'l bogħod minn xulxin minħabba x-xogħol ta' Ted. Iżda l-akbar diffikulta li kienu sabu kien li l-ebda bank ma ried jsellifhom biex jixtru dar għax ma kienx hemm liġi li torbothom bħala koppja legali.

Għalhekk it-tnejn iddeċidew li jitilqu x-xogħol tagħhom u jiftħu negozju għal rashom billi jiftħu lokalitajiet ta' kull tip fil-belt tagħhom, biex b'hekk jagħmlu flus biżżejjed biex jixtru darhom. Fis-sena 2000 ddeċidew li jirtiraw, biegħu n-negozju tagħhom kollu u ħalfu li jgawdu ż-żmien kollu li kien baqgħalhom.

 

More in Zekzik