Reazzjoni fuq ONE minn Ottubru li ġej
Programm ġdid fuq l-istazzjon ONE preżentat minn Kevin Mercieca
Reazzjoni huwa programm ġdid li se jibda jixxandar fuq l-istazzjon ONE matul l-iskeda tal-Ħarifa, b'kunċett pjuttost innovattiv ghat-televiżjoni Maltija. Ta' kull ġimgħa matul il-programm se naraw esperiment soċjali, fejn naraw ir-reazzjoni tan-nies ħhal sitwazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom f'ħajjithom.
Wara li naraw l-esperiment soċjali l-preżentatur Kevin Mercieca se jiddiskuti dak li nkunu rajna fil-filmat flimkien mal-mistiedna residenti tal-programm Reazzjoni li se jkunu: Bernard Caruana (Psikologu), Jude Samuel (Socjologu) u Joyce Muscat (Holistic therapist). Apparti minn hekk se nestendu aktar d-diskussjoni billi niftħu aktar dwar is-suġġett li jkun ħareġ mill-esperiment soċjali. Mhux hekk biss iżda matul il-programm Reazzjoni se jkollna wkoll voxpops li se jkunu f'idejn Kurt Pawley u filmati mill-isbaħ tal-gżejjer Maltin fir-rokna Malta Mill-Ajru miġbuda minn Steve Zammit Lupi.
Ghaldaqstant ghamlu appuntament maghna mill-iskeda tal-Harifa fuq One kull nhar ta' Tlieta fil-4.45pm.