68 sena....figura eċċelenti...X'inhu s-sigriet?

L-Awstraljana meta kellha 41 sena qalulha li qiegħdha fix-xifer tad-dijabete u ddeċidiet li tkompli tiekol il-ħelu iżda bla zokkor

Ta’ 41 sena Carolyn Hartz qalulha li hi dijabetika minħabba li kienet tiekol wisq kejkijiet u ħlewwiet. Illum għandha 68 sena, u l-omm Awstraljana minn Perth ta’ tliet ulied tħossha b’saħħitha aktar minn qatt qabel. Tilgħab il-Basketball, iżżomm ruħha attiva u għandha figura li ħafna jgħiru għaliha.

Is-sigriet ta’ dan kollu skont is-Sinjura Hartz hu, 27 sena ta’ moderazzjoni, ftit jew xejn zokkor u dqiq mill-inqas, xi ħaġa li hi tiktibha fil-ktieb li ħarġet, ‘Sugar Free Baking’.

Kienet ffissata fiċ-ċikkulata u kejkijiet u bdiet tistordi u qalulha li qieghdha fix-xifer li timrad bid-djabete u billi hi kienet tilgħab in-Netball u l-Basketball twerwret għax ma ridtix li timrad u minn hemm iddeċidiet li taqta z-zokkor iżda mhux il-ħlewwiet. Tkompli tiekol il-kaloriji iżda tnaqqas iz-zokkor. Fl-ewwel sena qatgħet iz-zokkor kollu, iżda mmissjatu u tgħallmet l-arti tal-moderazzjoni.

Biex tgħaxxaqha saret taf li hi ma setgħetx tiekol gluten u għalhekk bdiet taħdem fuq riċetti alternattivi billi flok zokkor użat il-Xylitol li hu 100% alternattiv taz-zokkor naturali li joħroġ mill-frott u ħxejjex. Għax biex tgħaxxaqha il-prodotti Gluten free jkunu bla togħma għalhekk jużaw ħafna zokkor biex jagħtuh togħma. Għalhekk tuża dqiq tar-ross, tapioca starch u starches oħra mħallta mal-Xylitol biex jagħtihom togħma.

Dan kollu wassalha biex tiekol l-kejkijiet u ħelu li trid u żżomm il-figura kważi perfetta li għandha. L-inkwiet tagħha hu li ma tafx kemm se żżomm dik il-figura għal aktar snin u minħabba l-eta tagħha tixtieq tibqa attiva u ma tafx kemm se ddum.

 

 

More in Zekzik