Għada l-ewwel 'Reazzjoni' fuq ONE
esperimenti soċjali u voxpops dwar il-komunikazzjoni fir-realta' tad-dinja virtwali
Għada fl-ewwel program mill-edizzjoni ta’ Reazzjoni matul l-iskeda tal-Ħarifa fuq ONE se nkunu qed nitkellmu dwar is-suggett tal-interazzjoni u l-komunikazzjoni bejnietna bħala nies. Illum il-ġurnata qed ngħixu f’dinja virtwali fejn il-komunikazzjoni b’mod reali, naqqset drastikament minhabba diversi raġunijiet diversi, fosthom it-tekonoloġija. Fil-programm Reazzjoni ta’ għada se naraw esperiment soċjali u voxpop.
Matul il-voxpop Kurt Pawley se jistaqsi n-nies kemm iqattgħu ħin jitkellmu b’mod virtwali fuq is-siti soċjali u kemm iqattgħu ħin jitkellmu b’mod reali mal-qraba u l-ħbieb tagħhom. Wara nisskotaw bid-diskussjoni mal-mistiedna residenti tagħna matul il-programm, fejn se niddiskutu dwar dak li nkunu rajna fl-esperiment socjali u fil-voxpop.
Segwu Reazzjoni għada fil-4.45pm fuq ONE bi preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Kevin Mercieca. Sibna fuq facebook u idhol fil-paġna tagħna ‘Reazzjoni’ biex tingħata aktar informazzjoni dwar il-programm.