Bint ħaddiem tad-dockyard minn Liverpool hi l-mara wara l-eleganza tar-reġina

Ir-reġina hi esperta tal-materjal u tilbes kuluri jgħajtu biex tidher minn kullimkien

Ir-reġina fejn tidħol moda rat kull tip ta moda jew aħjar irrenjat fuq kull tip ta’ moda. Mill-mini għal dbielet maxi, mill-moda rock għal punk, gotyika u ‘grunge’ . Iżda madankollu l-‘look’ tar-reġina baqgħet impekkabbli. Iddeċidiet li tibqa lejali lejn il-ħwejjeġ reali.

Għażlet li tilbes ħwejjeġ eleganti qisha sejra għal xi tieġ kuljum. Ħwejjiġha kienu dejjem magħmula minn materjal li ma jitkemmixx u meħjuta b’mod li r-riħ ma jimbarazzaha qatt, u fl-istess ħin komdi biex tkun tista xxejjer lil pubbliku li jkun qed jistenniha għal dik it-tixjira. Dejjem għażlet li jkollha kuluri qawwija li wieħed seta jinnutaha anke jekk tkun fost eluf f’xi stadium kbir.

 

Meta kienet żagħżugħa kienet tisma minn ommha u kien Norman Hartnell id-disinjatur ta’ ħafna minn ħwejjiġha. Mill-1951 bdiet tuża disinjatur tagħha Hardey Amies sa ma rtira fl-2002. Illum tieħu

ħsieb it-team tagħha hi Angela Kelly li għandha 62 sena bint ħaddiem fid-dockyard ta’ Liverpool li hi wkoll l-assistenta personali tar–reġina.

F’intervista qalet li r-reġina hi esperta tal-materjal u kienet hi li għallmitha tlibbisha u mhux hi għallmet lir-reġina kif tilbes. Angela hi responsabbli għad-disinjaturi famużi li jlibbsu lir-reġina bħal Stewart Parvin li qal li r-reġina għandha attitudni ġjovanili għal ħajja u kapaċi titħallat ma’ nies ta’ nofs l-eta tagħha. Qal ukoll li fil-qiegħ tad-dbielet tagħha jitpoġġew ‘weigħts’ tal-pġurtieri biex iżommuhom ‘l isfel. Angela kienet ukoll il-persuna li sabet lil Rachel Trevor Morgan li tieħu ħsieb il-kpiepel tar-reġina wara li waqaf l-leġġendarju Freddie Fox li kien ikkreja aktar minn 350 kappell għar-reġina f’34 sena. Rachel ħolqot 60 kappell kollha b’xifer ċkejken għax ir-reġina hi żgħira u jrid jidher wiċċha. Rachel tiżbogħ il-kpiepel hi biex tqabbilhom mal-ħwejjeġ li tkun se tilbes ir-reġina.

It-team kollu wara l-‘look’ tar-reġina

Angela Kelly: Divorzjata u bdiet taħdem ta’ ħajjata fl-1993 wara li kienet taħdem bħala seftura ma’ diplomatiku Ingliż.

Stewart Parvin: Iddisinja l-ħwejjeġ għar-reġina mill-2000. Jispeċjalizza fil-ħwejjeġ tat-tieġ.

Karl-Ludwig Rehse: ħadem mad-disinjatur reali John Anderson u meta dan tal-aħħar miet fl-1988 ħa xogħlu.

Genevieve James: Wirtet in-negozju tal-ingwanti mingħand ommha u ilhom jfornu lir-reġina bl-ingwanti minn meta żżewġet.

Rachel Trevor: Il-persuna li ilha tagħmel il-kpiepel lir-reġina mill-2006

Ian Carmichael: Għal dawn l-aħħar 15-il sena jieħu ħsieb il-hairstyle tar-reġina.

 

 

 

More in Zekzik