“aqraw x’kien jagħmel missieri lill-oħti Mia Martini (Mimi)” - Loredana Berte
Loredana Berte tikteb il-ħajja turbulenti tagħha
F’Ruma ħareġ il-ktieb awtobijografiku ta’ Loredana Berte bit-titlu ‘Traslocando’ fejn fih il-kantanta irrakkuntat mingħajr ma ħalliet l-ebda kantuniera bla mittiefsa l-ħajja tagħha: mill-problemi tal-familja sar-relazzjonijiet li tturmentawha.
Dwar dan il-ktieb għamlet intervista ma’ Vanity Fair fejn fiha ħarġet xi antiċipazzjoni minn dan il-ktieb fejn tkellmet dwar l-akbar imħabba tagħha, it-tennista Żvediż Bjorn Borg u d-dipendenza tagħha mill-Kokajina. Iż-żwieġ tagħha ma’ Bjorn Borg dam tliet snin fejn qalet li matulgom kien jibdilha regolarment u kien jiddominaha għal kollox. “Waqaft għax ma ridtu qatt jkun missier uliedi li fil-fatt ma kellniex. Ommu kienet tgħid li ulied Borg ridithom mija fil-mija demm Żvediż. Jien kont bdejt nieħu l-kokajina fl-aħħar sentejn taż-żwieġ tagħna. Fejn lili ma kienet taffetwani xejn filwaqt li lilu kienu tirrendieh impotenti.”
Ir-rapport tagħha ma’ missierha
Dwar missierha Berte ħarġet stejjer li jkexkxuk, “Kien raġel vjolenti u kien jimmasakra lill-ommi bis-swat anke meta kienet tqila. Kien tefa lill-oħti (Mia Martini) mill-gallarija għax ġabet riżultati ħżiena l-iskola. Meta ommi ma kinitx tħallih jkollu x’jaqsam magħha, kien jiġi fil-kamra tagħna, iħares lejn oħti Mimi (Mia Martini) u jimmasturba quddiemna.”
Mia Martini kienet kkommetiet suwiċidju fl-1995 ta’ 47 sena wara li ħadet overdose ta’ pilloli.