Il-mara ta' John Lennon fuq il-kalendarju ta' Pirelli għall-2016
Yoko Ono fost numru ta' nisa, wħud minnhom nofshom għarwenin għall-kalendarju famuż
Il-kalendarju tal-kumpanija Taljana tat-tyres ilu magħruf għal għexieren ta' snin li jkollu fih bosta nisa sbieħ li jneħħu xi ftit mill-ħwejjeġ għal dawn il-ritratti. Huwa wkoll magħruf għall-fatt li huwa kalendarju esklussiv għaliex huma numru limitat ta' persuni li jkollhom aċċess għal kopja ta' dan il-kalendarju.
F'din it-43 edizzjoni tal-kalendarju, il-fotografa famuża Annie Leibovitz, flimkien ma' Pirelli ħabbret il-kunċett tal-kalendarju din is-sena. Minflok nisa sbieħ nofshom għarwenin quddiem il-kamera, din is-sena se jieħdu posthom nisa influwenti, li ħafna minnhom se jkunu lebsin, avolja l-attriċi Amy Shumer u t-tennista famuża Serena Williams ma tantx ħallew ħwejjeġ fuqhom għar-ritratti.
In-nisa li se jkunu jidhru fuq dan il-kalendarju huma Serena Williams, Amy Skumer, Yoko Ono, Yao Chen, Natalia Vodianova, Kathleen Kennedy, Agnes Gund man-neputija tagħha Sadie Rain Hope-Gund, Mellody Hobson, Fran Leibovitz, Ava DuVernay, Tavi Gevinson, Shirin Neshat, u Patti Smith.
Il-kumpanija, minekjja li hi magħrufa li fil-kalendarji tagħha ddaħħal mudelli u nisa sbieħ biss, din is-sena ddeċidiet li tagħmel xi ħaġa differenti u ħallew f'idejn il-fotografa Leibovitz biex tieħù ħsieb dan.