Filmat | Ara kif iċċelebraw Jum Star Wars l-Obamas
L-4 ta' Mejju ġie ċċelebrat fil-White House
Il-President Amerikan u l-mara tiegħu Michelle, iċċelebraw il-jum imsejjaħ Star Wars Day fil-White House flimkien ma' diversi karattri mill-istess sensiela ta' films.
Ir-raba' jum ta' Mejju, magħruf bħala Star Wars Day, minħabba l-frażi popolari mill-film "May the force [fourth/4th] be with you", ġie ċċelebrat fl-Amerika minn bosta segwaċi tal-films. Fost dawn kien hemm Michelle u Barack Obama li flimkien ma' R2-D2 u xi Stormtroopers, żifnu mad-diska ta' Bruno Mars.
Dan deher f'filmat li ġie mxerred fuq is-siti soċjali, oriġinarjament mitfugħ mill-paġna uffiċjali tal-'White House'.
More in Zekzik