[Aġġornata] Jekk tirbaħ l-Awstralja...il-Eurovision isir Malta?

...mid-dehra le ... Għax huwa mifhum illi l-Awstralja diġa waslet fi qbil mal-NDR u l-BBC

Dam Im, il-kantanta tal-Awstralja
Dam Im, il-kantanta tal-Awstralja

Ftit sigħat qabel jibda il-Eurovision, diversi għidut dwar din il-kompetizzjoni mużikali jkomplu jduru fuq is-siti soċjali u anke siti tal-aħbarijiet, speċjalment f'Malta fejn il-Eurovision huwa segwit minn eluf kbar ta' nies. 

Wara t-tieni semifinali, l-kantanta Dami Im tal-Awstralja jidher li impressjonat mhux ħażin mhux biss lill-ġurnalisti iżda wkoll lill-udjenzi bil-kanzunetta tagħha 'Sound of Silence'. Il-prestazzjoni ta' Dami kienet meqjusa bħala waħda mill-aktar b'saħħithom u għalhekk jidher li l-Awstralja, anke jekk mhux fl-Ewropa, għandha ċans tajjeb tirbaħ.

Jekk tirbaħ l-Awstralja fejn isir l-Eurovision? Ir-regoli jgħidu li l-Eurovision dejjem irid isir fl-Ewropa u mhux lil hinn. Is-sit Awstraljan SBSAustralia irraporta li jekk Dami tibaħ il-Eurovision, il-kontinent jidħol fi sħab ma' kumpanija tax-xandir Ewropea u l-Eurovision 2017 isir f'pajjiż Ewropew bil-kollaborazzjoni tal-Awstralja. 

Minn informazzjoni li daħlet wara li kien ippublikat dan l-artiklu jidher illi fil-fatt hemm ħjiel qawwi li l-Awstralja diġa waslu għall-qbil. Fuq is-sit eurovoix.com jingħad illi jekk l-Awstralja tirbaħ huwa mistenni li tiffirma mal-kumpanija NDR biex il-Eurovision isir il-Ġermanja. Jekk dan ma jseħħx l-Awstralja tidħol fi qbil mal-BBC u l-Eurovision isir fir-Renju Unit. 

 

 

More in Zekzik