Tat-'take aways' ilestu għal tilja xogħol ilejla
Diġa bdew it-telefonati, min jordna l-pizzez u min jordna xi chinese ... ħwienet tat-take away jitkellmu dwar żieda fix-xogħol ilejla
Ilejla min se jkun qed jixxala jara t-TV u min se jkun għaddej bix-xogħol, bla waqfien. Is-sit illum.com.mt għamel kuntatt ma' tliet postijiet li jservu ikel għal barra u li jwasslu l-ikel fid-djar ukoll. Il-ħwient kollha qalu li dan il-lejl jaraw żieda fix-xogħol, b'furnar popolari f'Ħal Qormi magħruf għall-pizzez li jaħmi jgħid illi bħal lum ix-xogħol jiżdied bil-qawwi. "Min iċempel wara ċertu ħin bħal lum m'għandu ebda ċans li jinqeda. Mimlijin bix-xogħol inkunu bħal lum."
L-istess qalilna sid post li jservi ikel differenti u jwasslu d-dar fin-naħa t'isfel ta' Malta. Bħalissa, fil-fatt fiż-żona ta' Bir id-Dehebbħalissa probabilment diġa jkun hemm kjus ta' nies jistennew. Tal-istess fehma kien sid ta' pizzeria fil-Qawra li ma' dan is-sit sostna illi f'dan il-lejl iż-żieda fix-xogħol tkun waħda kbira ħafna.