Nagħaġ għamlu ħerba wara li kielu l-ħaxixa bi żball
Dehru nagħaġ storduti f'nofs ta' triq li ttajru mill-karrozzi
Nagħaġ tħawwad moħħhom wara li bi żball kielu l-cannabis li ntremiet f’villaġġ kwiet u żgħir ta’ Rhydypandy fi Swansea f’Wales. Kunsillier tal-post qal li dawn in-nagħaġ ħolqu ħerba fil-lokalità fejn kien hemm minnhom li daħlu anke fid-djar u għamlu ħerba minn kamra tas-sodda u kien hemm minnhom li dehru storduti f’nofs it-triq u ntlaqtu mill-karozzi. Din il-kannabis ġiet mormija mat-triq minn fabbrika illegali tal-kannabis u jista' jkun li jkun hemm aktar nagħaġ li jsibuhom u jikluhom, u minbarra li jkun ta’ periklu għall-istess nagħaġ, ikunu ta’ dwejjaq għan-nies tal-lokal. Jidher li l-pulizija ħadu azzjoni u ġabru li kien baqa’, iżda jaħsbu li hemm iżjed nagħaġ li laħqu kielu l-ħaxixa.