Drugawha, stuprawha u ġibdu kollox fuq filmat
Furur u rabja kbira fil-Brażil hekk kif jinqabad ċirku ta' rġiel li kienu qed jistupraw nisa bl-adoċċ u jxerrdu l-att vjolenti tagħhom fuq is-siti soċjali
Il-Brażil, speċifikament il-belt ta' Rio de Janeiro, tinsab mixgħula b'korla kbira, l-aktar minn eluf kbar ta' nisa hekk kif kien mikxuf każ ikrah ta' stupru fuq tifla, liema att sar ftit ġranet ilu.
Jidher li tfajla ta' 16-il sena ġiet iddrugata għand is-sieħeb tagħha biex imbagħad qamet filgħodu f'post li ma kinitx taf u sabet li kienet mbenġla apparti li kienet mitfugħa mal-art għarwiena. L-agħar kien għadu ġej iżda, hekk kif fis-sigħat ta' wara fuq il-midja soċjali beda jdur l-istess filmat ta' 40 sekonda tal-attakk li sar fuq l-istess tfajla.
Il-Pulizija Brażiljana diġà arrestat xi nies, inkluż dak li huwa sieħeb it-tifla ta' 16-il sena. Sfortunatament, fost dawk li raw il-filmat kien hemm il-familja tagħha li mal-midja esprimew il-weġgħa kbira li x-xeni li raw ħolqu.
Sadanittant il-Brażil u Rio nxtegħel bi protesti u korla minn eluf kbar ta' nisa li qed isemmgħu leħinhom kontra dak li qed isejħulha "kultura ta' stupru" fil-Brażil.