Grupp ta' ħaddiema imorru fuq żjara kulinari fi Sqallija

Impjegati ta’ GasanMamo Insurance jmorru ġurnata fi Sqallija

Il-ħaddiema ta' GasanMamo fi Sqallija
Il-ħaddiema ta' GasanMamo fi Sqallija

Grupp ta’ impjegati minn GasanMamo, flimkien mal-familji u l-ħbieb tagħhom, m’ilux ġew lura minn vjaġġ kulinari lejn Sqallija.  Dan huwa parti mill-attivatijiet li jiġu organizzati mill-kumitat tal-attivitajiet soċjali ta’ GasanMamo sabiex jippromwovu u jsaħħu l-għaqda bejn l-impjegati.  Il-vjaġġ ta lill-impjegati l-opportunità li jsiru jafu lil xulxin f’atmosferma aktar informali, filwaqt li kellhom ħin ta’ rilassament f’dan il-pajjiż mill-isbaħ, iduqu inbejjed tal-pajjiż u jieklu ikel tipikament Sqalli.

Il-vjaġġ beda bi żjara f’ċentru biex iduqu ż-żejt taż-żebbuġa, fejn l-impjegati ta’ GasanMamo xtraw ukoll prodotti uniċi u tradizzjonali. Il-vjaġġ kien jinkludi wkoll żjara fil-Mużew Sagra, fil-Mużew tal-istrumenti, fil-Mużew tal-gwerra u fil-Mużew tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa f’Chiaramonte Gulfi. Għall-ikel, it-tim irħila lejn ristorant tradizzjonali Sqalli, fejn imbagħad marru wkoll fiċ-Centro Commerciale għal xi ftit xiri , u spiċċaw fil-belt ta’ Pozzallo.

“Kienet ġurnata ferm pjaċevoli u opportunità sabiex insiru nafu aktar lil xulxin f’ambjent informali” qal wieħed mill-impjegati. “Verament ħadd gost fil-kumpanija ta’ kulħadd u kuntent ħafna li qattajna ġurnata mill-isbaħ flimkien mal-grupp kollu.” www.gasanmamo.com.

 

More in Zekzik