'Aħna m'aħniex qegħdin is-Sirja...noqogħdu nisparaw fit-toroq'

Is-Sindku ta' Ħal Qormi tiddeskrivi l-isparar fuq il-ħamiem bħala 'att barbaru' u tikkundanna l-kunsilli lokali li jisparaw fuq il-ħamiem

Rosianne Cutajar toħtoġ qatta bla ħabel kontra Kunsilli li qed jisparaw lejn il-ħamiem ... issejjaħlu
Rosianne Cutajar toħtoġ qatta bla ħabel kontra Kunsilli li qed jisparaw lejn il-ħamiem ... issejjaħlu "att barbaru"

Wara li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ddeċieda, b'mod unanimu, li jmur kontra l-parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u ma jippermettix li jinqatlu ħamiem permezz ta' sparar mit-toroq, ma' dan is-sit is-Sindku tal-istess lokalita' Rosianne Cutajar ħaditha qatta' bla ħabel kontra Kunsilli Lokali oħrajn li se jkunu qed jisparaw fuq il-ħamiem.

Mal-illum.com.mt Cutajar opponiet bil-qawwa dan il-metodu ta' qtil ta' għasafar, "mela aħna qegħdin is-Sirja jew? Bin-nies jiġru fit-toroq bis-senter biex joqtlu l-ħamiem? Dawn x'affarijiet huma?" staqsiet Cutajar. Iktar minn hekk, is-Sindku Qormija ikkundannat bla riżervi l-Kunsilli Lokali kollha li aċċettaw jew se jaċċettaw li jisparaw fuq il-ħamiem, kif ġara f'Bormla u f'Ħal Balzan riċentement. "L-ewwel nett hemm differenza bejn ħamiem tat-tlielaq u ħamiem ieħor u t-tieni nett, filwaqt li nammetti li l-ħamiem tista' ma tkunx l-aktar tajra nadifa, xorta għad irrid nkun konvinta li dawn ixerrdu l-mard. Int qatt smajt lil xi ħadd li marad minħabba l-ħamiem? Għax jien le ta'.." 

għad irrid nkun konvinta li dawn ixerrdu l-mard. Int qatt smajt lil xi ħadd li marad minħabba l-ħamiem? Sindku ta' Ħal Qormi, R.Cutajar

Cutajar fakkret illi l-Kunsill ħa din id-deċiżjoni kontra dak li talbu l-Awtoritajiet tas-saħħa, u saħqet illi tinsab ċerta li hemm modi "ħafna inqas barbari minn hekk biex inneħħu l-ħamiem." 

Intant, Cutajar u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi qalgħu ħafna tifħir, fosthom mill-Malta Federation of Racing Pigeons. Persuna taħt l-isem Rose Marie kitbet fuq il-paġna ta' Facebook ta' Cutajar u filwaqt li faħħret l-inizjattiva tal-Kunsill, ħeġġet lill-kunsilli oħrajn biex jagħmlu l-istess. Hi qalet li "l-ħamiem huwa tajra intelliġenti ħafna li hu kapaċi li jintelaq minn distanzi, kemm fi Sqallija u anke fl-Italja u jiritorna lura. Żgur, mhux fors,i hemm metodi oħrajn li jistgħu jintużaw biex ħamiem salvaġġ ma jibqax ikattar."

 

More in Zekzik