RITRATTI |Meta t-tradizzjoni tiltaqa mad-dinja moderna
Nisa mit-tribu tal-Himba fin-Namibja ma jneħħu qatt l-ilbies tradizzjonali tagħhom lanqas meta jagħmlu x-shopping
F'dawn ir-ritratti mill-isbaħ wieħed jista jara taħlita jew aħjar tinsiġa bejn id-dinja tradizzjonali u d-dinja moderna. Din il-mara sabiħa u eleganti mit-tribu Himba min-Namibia turi lil din it-tfajla f'supermarket liebsa l-ġild tal-mogħoż u midluka bit-tajn biex ix-xemx ma tagħmliliex ħsara.
Din it-tribu jgħixu ħajja ferm tradizzjonali u jilbsu dak li jilbsu mhux għat-turisti iżda għax iħossuhom sbieħ bn'dak il-mod għalihom stess. Ir-ritratti huma meħuda minn fotografu Svediż, Bjorn Persson, għal dokumentarju dwar il-ħajja selvaġġa u t-tradizzjonijiet tat-tribujiet Afrikani. Dawn ir-ritratti jagħtu stampa ċara tal-globalizazzjoni għax għalkemm jgħixu ħajja tradizzjonali kultant jitfaċċaw fil-villaġġ jixtru n-neċessitajiet moderni fejn f'ritratt minnhom naraw anke mobile mdendel ma' sider waħda mill-anzjani tat-tribu.