Taqqal 50 mara mingħajr ma kellu x'jaqsam magħhom
Ta' 77 sena jinsab mixli li għandu 50 wild mingħajr l-ommijiet ma kienu jafu...aqraw kif
Qatt ma kellu x'jaqsam sesswalment mal-ebda omm tal-50 wild tiegħu. Dan għaliex hu taqqalhom b'mod professjonali, iżda xorta llegali għax qatt ma qal lill-pazjenti tiegħu li l-isperma li kien qed jisseminahom biha kienet sperma tiegħu stess. Donald Cline li kien ġinekologu famuż ma' nisa li xtaqu jsiru ommijiet billi jiġu inseminati bi sperma ta' żgħażagħ saru jafu li 50 minn uliedhom kellhom l-istess missier. Jiġifieri tal-ġinekologu. Donald illum hu pensjonant u għandu 77 sena u ammetta li kulmeta kellu nuqqas ta' sperma kien juża tiegħu stess mingħajr ma jgħid lil pazjenti tiegħu.
Skopriet dan kollu waħda mit-tfal tiegħu, jacoba Ballard meta għamlet minn kollox biex issir taf min kien missierha bijoloġiku. Wara ħafna kuntatti online ma' tfal li kienu ġew inseminati mill-istess ġinekologu u wara xi testijiet tad-DNA instab li dawk li għamlet kuntatt magħhom kienu ħuta u kellhom l-istess DNA tal-ġinekologu. Sabet 8 ħutha subien u tifla oħra. It-tabib kien ilu jagħmel dan mis-snin 70 u issa se jiġi akkużat bi frodi li s-sentenza tista twasslu għal 5 snin ħabs.