
Imut il-kantant George Michael
Il-kantant kellu 53 sena

Il-kantant Ingliż George Micheal miet fl-età ta' 53 sena. Dan ħabbru l-maniġer tiegħu fejn qal li l-kantant miet 'fil-paċi f'daru', kmieni f'jum il-Milied. Il-pulizija qed tinvestiga l-mewt għalkemm qed teskludi li l-mewta tiegħu kienet waħda suspettuża.
George Michael kien magħruf bħala parti mill-grupp mużikali, Wham!, u hu magħruf fost l-oħrajn għal diski bħal 'Careless whisper' u 'One more try'. Mad-duo Wham!, Michael kien ħareġ id-diski ferm popolari, 'Wake me up before you go' u 'Last Christmas'.
More in Zekzik