'Se nħoss in-nuqqas tiegħek ... inħobbok għal dejjem'
...il-maħbub ta' George Michael, Fadi Fawaz jiftaħ qalbu dwar il-mewt tas-sieħeb tiegħu u jgħid li l-affarijiet kienu ikkumplikati
Hekk kienu kliem l-għarus ta' George Micheal, Fadi Fawaz, li kien il-persuna li sab lill-kantant famuż mejjet fuq is-sodda. Fawaz spjega kif sab lil George Michael mejjet wara li wasal id-dar tiegħu, ftit qabel l-ilkla tal-Milied. 'Kien Milied li mhu se ninsa qatt....li ssib lill-partner tiegħek mejjet fis-sodda ... mhu se nieqaf qatt nħoss in-nuqqas tiegħek.' qal Fawaz fi tweet li ħalla lbieraħ filgħaxija.
Mad-Daily Telegraph Fawaz stqarr li dan l-aħħar kollox kien xi ftit ikkumplikat, 'imma konna qed inħarsu 'l quddiem għall-Milied. Issa kollox spiċċa.' Hu żvela wkoll kif minkejja l-ħajja komda u lussuża b'infieq qawwi li kien jgħix George Michael kien jagħti ħafna donazzjonijiet u għajnuna lill-vittmi tal-kanċer, tfal li ma jkollhomx saqaf fuq rashom u anke nies morda bl-AIDS.
Anke dak li kien il-maħbub ta' George Michael għal ħafna żmien, Kenny Goss, ħalla kummenti ta' sogħba għal mewt ta' dak li sejjaħlu 'ħabib u maħbub għal snin twal.'