L-2017: Preparaw għal ħafna 'long weekends'

13 il-festa pubblika u festa reliġjuża fl-2017 se jaħbtu matul il-ġimgħa ...se jkollna seba' long weekends fl-2017

Se jkollok ħafna 'long weekends' minn fejn tagħżel
Se jkollok ħafna 'long weekends' minn fejn tagħżel

is-sena d-dieħla, għal eluf ta' ħaddiema, se tkun xi ftit ta xalata, għal hafna fin-negozju u min iħaddem se tkun uħigħ ta ras. Dan hekk kif il-festi pubbliċi u anke festi reliġjużi fl-2017 se jaħbtu kollha f'ġurnata matul il-ġimgħa. Dan ifisser li apparti l-leave, intitolat lill-ħaddiem bil-liġi, s-sena d-dieħla hemm b'kollox 10-il festi pubbliċi li se jaqgħu matul il-ġimgħa u anke l-Milied, kuntrarjament għal din is-sena, se jaħbat nhar ta' Tnejn. 

B'kollox is-sena d-dieħla se jkollna seba' long weekends, jiġifieri dak ta; San Pawl (il-Ġimgħa 10 ta' Frar), Il-Ħelsien (Il-Ġimgħa 31 ta' Marzu) u bħal dejjem il-Ġimgħa l-Kbira (Il-Ġimgħa 14 ta' April). Jum il-Vitorja wkoll se jfisser tmiem il-ġimgħa twil hekk kif il-festa se taħbat nhar il-Ġimgħa 8 ta' Settembru kif se jfisser ukoll Jum il-Ħaddiem li se fl-2017 se jkun nhar ta' Tnejn 1 ta' Mejju. Iż-żewġ festi l-oħrajn li se jfissru long weekend huma l-Kunċizzjoni li se tiġi nhar il-Ġimgħa 8 ta' Diċembru u l-Milied li se jkun nhar it-Tnejn. 

Il-festi l-oħrajn li se jaħbtu matul il-ġimgħa se jkunu is-Sette Giugno (L-Erbgħa 7 ta' Ġunju), San Pietru u San Pawl (Il-Ħamis 29 ta' Ġunju), Santa Marija (it-Tlieta 15 ta' Awwissu), l-Indipendenza (Il-Ħamis 21 ta' Settembru) u Jum ir-Repubblika (L-erbgħa 13 ta' Diċembru).

 

More in Zekzik