500 vot issepara lil Brooke mit-tielet post
Ippubblikati r-riżultati kollha tal-vot tal-pubbliku għall-Malta Eurovision Song Contest
502 kienu l-ammont ta' voti li sseparaw lill-kantanta Brooke Borg bil-kanzunetta tagħha 'Unstoppable' mit-tielet post, minkejja li kienet ikwotata li kienet mal-favoriti li saħansitra tirbaħ il-festival. Fit-tielet post fil-fatt ġie Kevin Borg bid-diska 'Follow' b'2,502 vot mill-pubbliku. Id-distakk deher bejn it-tieni u t-tielet post hekk kif kien hemm mal-2,000 vot differenza bejn dawn it-tnejn.
Hekk kif ġew ippubblikati l-figuri kollha tal-voti tal-pubbliku lill-kanzunetti kollha fis-serata tal-Malta Eurovision Song Contest ta' nhar is-Sibt li għadda, kien hemm total ta' 18,967 vot biss, minkejja li dan huwa wieħed mill-iktar avvenimenti segwiti mill-popolazzjoni.
L-edizzjoni ta' din is-sena kienet tħalli totalment f'idejn il-pubbliku għall-għażla ta' kanzunetta biex tirrappreżenta lil Malta, u kull linja setgħet tintuża biss darba sabiex isir il-vot.
Is-serata tas-sibt rat lil Claudia Faniello tiġi nkurunata bl-ewwel post bid-diska tagħha 'Breathlessly', wara li kisbet ftit inqas minn 5,000 tal-voti tal-pubbliku u se tkun qed tirrapreżenta lil pajjiżna fi Kiev f'Mejju li ġej bl-istess diska li nstemgħet nhar is-Sibt stess, wara li tħabbar li d-diska li ntagħżlet nhar is-Sibt se tkun dik li titkanta fil-Eurovision fl-Ukrajna.
Breathlessly - Claudia Faniello - 4,996
Kewkba - Janice Mangion - 4,544
Follow - Kevin Borg - 2,502
Unstoppable - Brooke - 2,000
Follow Me - Franklin - 1,303
Bombshell - Maxine Pace - 627
Tonight - Deborah C u Josef - 572
Ray of Light - Raquela - 551
Fighting to Survive - Cherton - 340
Laserlight - Klinsmann - 332
Fearless - Rhiannon - 288
So Simple - Crosswalk - 245
You - Richard Edwards - 186
Seconds Away - Jade - 166
Crazy Games - Shauna - 159
Don't Look Down - Miriana Conte - 156