filmat | 'U l-Oscar imur għand...le mhux intom, ħadna żball...'
Żball fis-serata tal-Oscars tal-bieraħ irebbaħ film b'ieħor għal 'Best Picture' fis-serata
L-għada li ssir is-serata tal-Oscars, ġeneralment kulħadd ikun qed jitkellem fuq ir-rebbieħa u fuq x'kienu lebsin dak u l-oħra. Dan ma kienx il-każ din is-sena hekk kif kull min segwa s-serata, spiċċa jitkellem fuq l-iżball oħxon li sar meta ġie mħabbar ir-rebbieħ għall-oscar tal-'Best Picture'.
Il-preżentaturi tal-Oscar għal din il-kategorija, Faye Dunaway u Warren Beatty ingħataw envelopp ħażin, dak għall-aħjar attriċi minflok ta' 'Best Picture', li dak tal-ewwelr ebħitu Emma Stone għall-film 'La La Land'. Minħabba f'hekk, il-preżentaturi qalu li r-rebbieħ kien 'La La Land' fejn telgħu l-atturi u l-kast sabiex jirċievu l-unur u jagħmlu r-ringrazzjamenti tagħhom. Fl-istess waqt, ħarġet persuna mill-produzzjoni li għarrfet lill-persuni fuq il-palk b'dan l-iżball, u kien hemmhekk li tħabbar li l-aktar unur prestiġjuż tas-serata kellu jmur għall-film 'Moonlight'.
Il-kumpanija Price Waterhouse Coopers, li tieħu ħsieb il-voti ta' din is-serata refgħet ir-responsabbiltà ta' dan u ħarġet aplolġija għal dan l-iżball, li qatt ma kien sar bħalu fl-istorja tal-Oscars.
Ir-rebbieħa kollha tas-serata kienu:
- Best Picture: Moonlight
- Attur f'parti prinċipali: Casey Affleck - Manchester By The Sea
- Attriċi f'parti prinċipali: La La Land
- Attur f'parti sekondarja: Mahershala Ali - Moonlight
- Attriċi f'parti sekondarja: Viola Davis - Fences
- Direttur: Damien Chazelle - La La Land
- Adapted Screenplay: Moonlight - Barry Jenkins
- Kitba (Original Screenplay): Manchester By The Sea - Kenneth Lonergan
- Film Animat: Zootopia
- Ċinematografija: La La Land - Linus Sandgren
- Mużika (Diska Oriġinali): City Of Stars - La La Land
- Mużika (Original Score): La La Land
Biggest #Oscars mix up of all time? Watch the full play-by-play: pic.twitter.com/RT2zGiR798
— Hollywood Reporter (@THR) February 27, 2017
Segwi l-mument tal-inċident sħiħ f'dan il-filmat: