Oroskopju | X'qed jgħidu l-istilel tiegħek?

Aqraw din il-ġimgfħa kif se tkun għalikhom skont l-istillel

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Aquarius huwa mument ta’ responsabbilità ta’ dak li int trid tagħraf biex timxi ’l quddiem. Dan il-pass trid tibqa’ żżommu sa kemm int tagħraf li wasalt fejn din ir-responsabbilità tkun laħqet il-massimu li tkun xtaqt. Persuna mill-passat tiegħek li tixtieq tagħmel kuntatt miegħek qiegħda żżomm lura minnek iżda taf tkun fundamentali aktar milli qed taħseb int. Irrifletti f’dan il-mument hekk importanti għalik.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Capricorn

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Pisces huwa mument ta’ għarfien aktar profond dwar iċ-ċirku kollu ta’ madwarek fejn jidħlu l-kollegi, ħbieb u oħrajn. F’dan il-perjodu int se tinduna ili minħabba ċertu tibdil fil-karriera tiegħek se tagħraf li bdiet dieħla l-għira. Dan ħa jikkomplika ftit il-ħajja ta’ madwarek għax se tidħol f’sitwazzjoni ta’ ħafna ħsibijiet ta’ x’taqbad tagħmel. Poġġi l-persuni f’eżami sabiex int tistabbilixxi min huwa ġust madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Sagittarius

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Aries se jagħmlek aktar matur fl-esperjenzi li int imdorri dejjem tħobb taqsam kollox ma’ sħabek imma qiegħed timmatura aktar u trid tibda tagħraf lil dawk ta’ madwarek u x’taqsam magħhom speċjalment minn dak li diġà esperjenzajt. Dik l-esperjenza partikolari għandha sservik ta’ gwida għal fejn int għandek tasal f’dak li trid taqsam. Agħraf li xi kultant trid taqdef għal rasek.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta        

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Scorpio

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

 

  

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Taurus huwa mument iebes madwarek kemm minn dak finanzjarju u anke bħal qisek qed tħoss mument diffiċli fil-ħajja romantika tiegħek. Però dan mhux allarmanti. Għax dan it-taqlib ġej miċ-ċaqliq żodijaku u ovvjament ma’ kull ċaqliq żodijaku jkun hemm ċertu ċaqliq li jaf ikun pożittiv jew negattiv. Dan f’żmien tliet ġimgħat ikun għadda imma għaraf dak li int tista’ minn dan iċ-ċaqliq.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Libra

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Gemini ser ikun xi ftit ta’ pawża. Għalkemm kwiet ġewwa fik ma jeżistix minħabba l-pressjoni qawwija li ġejja fuqek, hi parti minn dak li kont qed tippjana ftit ġimgħat ilu. Però għalkemm riesqa din il-pressjoni li f’dan il-qasam hi xi ħaġa unika għalik issa għandek ftit aktar kunfidenza f’dan il-qasam. Żgur għandek ambizzjoni kbira sabiex tasal fejn int tixtieq kif dejjem iseħħ.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Cancer

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Cancer huwa żmien ta’ prova għal dak li ġej madwarek. Fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun ta’ valur kemm tippjana dwar il-karriera li għandek. Jaf ikun riesaq dak il-mument li minn spazju ta’ ħafna ħin issib ruħek kważi ma baqagħlek xejn. Ippjana tajjeb sabiex ma jkun hemm xejn negattiv li jista’ jikkawża xi qasma. Fittex dak l-ispazju li jkun hemm fih kontroll u agħraf dejjem.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Virgo

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Leo ser ikun mument ta’ taqtigħa ħarxa li għadek kif għaddejt minnha. Issa żgur huwa dak il-waqt li fih int għandek tagħraf u tirrifletti ftit aktar minn dak kollu li esperjenzajt ħalli tagħraf fejn stajt kont aħjar jew le. Aktar u aktar issa li għandek bżonn tirrifletti fuq il-karriera tiegħek minħabba dik il-fażi li kellek tgħaddi minnha abbandunajt xi ftit lil ta’ madwarek. Sib il-ħin biex tirranġa għall-ġid tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Aquarius

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Virgo stess se jgħinek  tkun kapaċi tiggwida lil dawk ta’ madwarek. Issa dan it-talent li int għandek trid tagħraf twasslu b’aktar attenzjoni meta issa tidħol f’taqbida ta’ gwida waqt tilwima ta’ mħabba u din taf tintgħoġob minn naħa u minn naħa oħra taf tkun problematika għalik. Għalhekk din is-sitwazzjoni li se tidħol għaliha trid tagħraf li l-gwida li se toffri tkun ta’ bilanċ sabiex ma toħloqx konflitti. 

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Libra se toffri sens ta’ responsabbilità mhux biss bil-paroli imma trid tkun aktar fattibbli. Dan ġej għax il-ħajja ta’ madwarek ser tieħu xejra oħra u trid jew ma tridx se tagħmlek tagħraf kemm minn dak li kont għaddej għal dak li dieħel u hekk hemm baħar jaqsam. Hemm bżonn ta’ riflessjoni akbar.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Aries

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Scorpio se jurik li l-mumenti pożittivi qed ikunu mblukkati u dak int taf li f’dawn l-aħħar ħmistax dan qed jinħass aktar mis-soltu. Dan jista’ jkun kaġun ta’ xi qasma li int ġarrabt dan l-aħħar ma’ xi kollega jew xi ħadd viċin tiegħek. Issa jew terġa’  tara kif tikkalma s-sitwazzjoni jew għamel xi forma ta’ protezzjoni ħalli dan ma jkomplix jikber madwarek importanti li tilqa’ qabel din tikber ferm aktar.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Tnejn

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Taurus

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Sagittarius huwa mument li se jikkumplika xi ftit meta int se terġa’ ddur għall-imħabba tal-passat u jekk għalik din kienet persuna fundamentali inti trid tagħraf eżatt xi trid. Tiftaħx ġerħa mill-passat li mbagħad ma tkunx tiflaħ għaliha. Mur biss lura lejn il-passat jekk int lest sew għalih. Il-bqija ħares ’il quddiem għalkemm bħalissa forsi qed tibża’ tagħmel dan il-pass. Emmen fik innifsek u imxi.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

 

Iż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Virgo għal Capricorn se jipprovdilek pjan li għandek imħejji u issa dak li ilek tippjana għalih jaf joffri ftit aktar pressjoni li ġejja mill-karriera li għandek. Din m’għandekx toħodha fin-negattiv għax meta attwalment tiġi finalment għall-pjan tiegħek se joffrilek aktar sodisfazzjon u int se tħoss li kollox ikun hemm raġuni għalih. Agħraf li twettaq dan il-pjan li jaf ikun vitali ’l quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Leo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Zekzik