L-Oroskopju mill-Ħadd 11 ta’ Frar sas-Sibt 17 ta’ Frar
Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku ta’ Aquarius f’San Valentinu ser ikun il-waqt opportun sabiex int tinduna kemm l-imħabba ta’ madwarna mhix xi ħaġa garantita għal dejjem u ma rridu nieħdu xejn forgranted għax ikun żball fatali meta int tieħu din il-pożizzjoni għalhekk San Valentinu jerġa’ jagħtik ċans sabiex l-imħabba tkun dik il=fjamma li int tixtieq. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 14, 15 u 16
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku ta’ Pisces f’San Valentinu ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar fejn trid tasal imħabbtek minn diversi aspetti. Però l-aktar aspett importanti huwa fejn int se tiftaħ lilek innifsek aktar fir-relazzjoni u dan minħabba li involviment madwarek, għalhekk San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans sabiex int tħoss dan eżatt. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u iswed
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 17
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku ta’ Aries f’San Valentinu ser ikun żmien opportun sabiex trattab lilek innifsek ovvjament ta’ kif iġġib lilek innifsek fl-imħabba. Dan jgħodd kemm l-imħabba tiegħek fir-relazzjoni u kemm ma’ dawk li huma viċin ser tiegħek, għalhekk San Valentin ser jagħtik iċ-ċans biex twassal imħabbtek f’aktar sentimentaliżmu. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 15, 16 u 17
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku ta’ Taurus f’San Valentinu ser ikun żmien tajjeb ta’ pjan ta’ kif ittejjeb iċ-ċirku tal-imħabba tiegħek, dan sabiex int tkun tista’ tqassam u tippjana aħjar ir-relazzjoni ta’ madwarek tkun aktar sentimentali. Xi kultant fil-ħajja jrid ikun hemm għarfien, għalhekk San Valentin ser jagħtik iċ-ċans bħal terġa’ tqabbad in-niċċa tal-imħabba. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 16
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku ta’ Gemini f’San Valentinu ser ikun mument ta’ riflessjoni bejn il-passat u l-preżent. L-imħabba għalkemm għal Gemini hi suġġett ftit diffiċli sabiex ikun impoġġi fl-aġenda tagħhom ta’ kuljum. Gemini huma persuni okkupati f’diversi aspetti tal-ħajja imma San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans tagħmel evalwazzjoni. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:13, 14, 16 u 17
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku ta’ Cancer f’San Valentinu ser ikun il-mument ta’ kuraġġ f’dak li int verament tixtieq jew twettaq fir-relazzjoni tiegħek għalkemm dan jista’ jkun mument xi ftit ikkumplikat għalik imma żgur jekk int tagħraf. Għalhekk San Valentinu ser jagħtik iċ-ċans li jimlik b’aktar nar sabiex dak li int verament jixraqlek fl-imħabba sseħħ. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 16
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Pisces
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku ta’ Leo f’San Valentinu ser ikun mument ta’ opportunità ta’ tkabbir u stabbiltà aktar fl-imħabba ta’ relazzjoni li int għandek madwarek, dan ser ikun mument importanti għalik għax ser ipoġġik f’aktar għaqda minn dak li kont għalhekk San Valentin ser jagħtik iċ-ċans ta’ impenn aktar stabbli fi mħabbtek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 15, 16 u 17
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Taurus
Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku ta’ Virgo f’San Valentinu ser ikun żmien ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek għandek taddatta aktar lilek innifsek fl-imħabba. Mhux għax hemm xi ħaġa ħażina imma int trid tagħraf aktar kemm hi importanti l-imħabba li int għandek għalhekk San Valentinu se joffrilek dan iż-żmien li int tikber u tagħraf dak li hemm fl-imħabba ta’ madwarek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 15 u 16
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku ta’ Libra f’San Valentinu ser ikun żmien ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek tibni aktar lilek innifsek viċin l-imħabba li tant hi importanti fil-ħajja ta’ madwarek. Dan huwa mument fejn int se tagħraf kemm trid tagħti aktar spazju. Għalhekk San Valentinu se joffrilek dan iż-żmien importanti sabiex int issaħħaħ imħabbtek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 15, 16 u 17
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku ta’ Scorpio f’San Valentinu ser ikun dak il-mument fejn fin-nuqqas ta’ motivazzjoni fl-imħabba ta’ madwarek, ser joffrilek spazju sabiex tkabbar dak li hemm meħtieġ u li int għandek bżonn. Sfortunatament dan l-ispazju huwa ftit nieqes għalhekk San Valentinu se joffrilek din l-opportunità li dak li kien qiegħed jintefa terġa’ tqabbdu u l-fjamma tkun aktar b’saħħitha. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 16
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aries
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku ta’ Sagittarius f’San Valentinu ser ikun il-waqt fejn ipoġġik fil-ħsieb sabiex tqawwi lilek innifsek għal dak li int illum għandek madwarek u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat, anzi bil-kontra għalhekk San Valentin se joffrilek dik il-qawwa fik innifsek sabiex l-imħabba li hemm madwarek illum titkattar u tissaħħaħ aktar. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 17
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Libra
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku ta’ Capricorn f’San Valentinu ser ikun xi ftit ta’ taqbida bejn dak li sarraft fl-imħabba fil-passat għal dak li għandek illum b’differenza li issa int se tagħmel il-pożizzjoni tiegħek aktar soda u għalhekk San Valentinu ser ikun il-mument opportun sabiex issa tkompli tissaħħaħ f’dak li int u f’dak li hemm madwarek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 15 u 16
L-istilla li f’San Valentinu se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom