Il-grupp Abba lura fix-xena wara 35 sena mifrudin...
....l-ewwel diska tal-grupp mistennija tindaqq f'Diċembru fuq il-BBC

Il-grupp ABBA, flimkien wara 35 sena
Il-grupp Abba reġgħu ingħaqdu wara 35 sena biex jirrikordjaw diski flimkien. Il-membri tal-grupp Żvediz mill-aktar popolari, f'kummenti mal-BBC, qalu illi l-erba' li huma ħassew li kienet tkun xi ħaġa ferm sabiħa li jingħaqdu flimkien wara 35 sena. Spjegaw ukoll kif minkejja s-snin kollha li għaddew, "donnu ż-żmien waqaf."
Waħda mid-diski l-ġodda ta' Abba se tkun 'I still have faith in you' u se tindaqq għall-ewwel darba f'Diċembru li ġej fuq l-BBC u l-NBC.
Il-kelliem tal-grupp, Gorel Hanser, qal lill-BBC illi d-diski l-ġodda se jkollhom melodija familjari, "u fl-istess ħin moderna."
More in Zekzik