Il-gazzetta ILLUM b'suppliment speċjali dwar ir-restawr tal-Immakulata Kunċizzjoni
Jinkludi ritratt tal-istatwa rrestawrata li tista' tinżamm bħala tifkira
Għada, il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd ILLUM se tkun tinkludi suppliment speċjali dwar ir-restawr tal-istatwa devota tal-Immakulata Kunċizzjoni meqjuma b'tant għożża mill-Bormliżi.
Is-suppliment se jkun jinkludi wkoll ritratt tal-vara rrestawrata li jista' tinżamm bħala tifkira.
Fost oħrajn, l-ILLUM tintervista lil Valentina Lupo u Maria Gratia Zenzani, mid-ditta Atelier del Restauro li ħadmu fuq il-proġett ta' restawr u konservazzjoni.
L-intervista tinkludi dettalji dwar il-proċess ta' restawr u sejbiet oħra interresanti li wasal għalihom dan il-proġett.
Iżda l-Bormliżi ma waqfux hemm. Kif jgħid il-Malti, jekk se tagħmel xi ħaġa, għamilha sewwa u kien għalhekk li voluntiera Bormliżi flimkien ma' oħrajn ħadmu biex ġew irrestawrati wkoll ir-raġġiera, il-pedestall, il-bankun u l-bradella tal-vara. L-ILLUM tiltaqa' wkoll ma' dawn il-persuni.
Is-suppliment jinkludi għadd ta' ritratti interresanti li kull Bormliż u dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-Immakulata Kunċizzjoni ma jistgħux jitilfu.