Raqad ma' 1000 mara

Mick Hucknell tas-Simply Red li llum għandu 54 sena stqarr li raqad ma' madwar 1000 mara differenti

Mick Hucknell kellu relazzjonijiet sesswali ma' 1000 mara
Mick Hucknell kellu relazzjonijiet sesswali ma' 1000 mara

Mick Hucknail, il-kantant ta' Simply Red ammetta li llum inbidel u kienet bintu Romy li salvatu minn ħajja sperikolata u mimlija b'nisa differenti.

Fil-fatt 'Simply Red' se jingħaqdu għat-30 anniversarju tagħhom u bdew 'world tour'. Waqt intervista fuq The Telegraph dan il-kantant li sal-lum għadu b'xagħru oranġjo naturali u kollu nokkli qal li l-ħajja man-nisa bdiet min meta kellu 3 snin meta ommu infirdet minn ma' missieru u abbandunatu. Hu għex ma' missieru li kien barbier iżda kienu jieħdu ħsiebu erba' tfajliet teenagers u sa meta kellu għaxar snin kienu jesperimentaw miegħu meta missieru kien ikun xogħol.

Mick ma' martu u bintu Romy li bidlitlu ħajtu
Mick ma' martu u bintu Romy li bidlitlu ħajtu

Mick li twieled f'Manchester fl-1960 qal li meta bdew ġejjin is-suċċessi fil-ħajja tiegħu bdew ġejjin in-nisa u l-fatt li hu kien trabba bejn erba' nisa b'karattri differenti kien jaf eżatt kif jmur man-nisa differenti. Ammetta li hu kellu x'jaqsam sesswalment ma' madwar 1000 mara f'temp ta' 25 sena. "Speċjalment meta kelli 24 sena, qas kont noħloom li nista nimrad għax in-nisa jibdew ġejjin bil-gzuz u tħossok invinċibbli".

F'Ġunju tal-2007 sar missier mill-mara tiegħu Gabriella Wesberry. It-twelid ta' Romy bidlitli ħajti, fiha stajt nara estensjoni tiegħi u ridt nieħu ħsiebha. Hu qal li jħossu ferħan ma' martu 80% u jħossu sodisfatt hekk.

 

 

More in Divertiment