Il-poplu ried lil Kamaleonte..iżda minflok Ira se timxi fuq l-ilma
'Walk on water' hi d-diska li se tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision . Ħafna rrabjati li ntalbu jivvotaw għalxejn
Huma l-ħafna minn dawk li vvutaw għad-diska rebbieħa ta' Ira Losco 'Chameleon' li jinsabu urtati li ġew milgħubin meta ntalbu biex jivvutaw għad-diska u wara ġie deċiż li din id-diska tinbidel. Fil-fatt l-PBS għadu kemm żvela li fil-Eurovision 2016 Ira Losco se tirrappreżenta lil Malta b’kanzunetta ġdida jisimha Walk on Water.
Eluf ta' nies fuq facebook huma urtati u ħassewhom li ġew mgħoddija biż-żmien li intalbu jivvutaw għal diska, ivvutaw bl-eluf, u wara ġie deċiż li d-diska ivvutata mill-poplu ma kinitx għal livell tal-Eurovision.
L-organizzaturi wara ħarġu jgħidu li l-poplu vvota lil kantanta u mhux lid-diska, iżda l-fatt li Ira Losco pparteċipat b'żewġ diski juri li kienet id-diska li ġiet ivvutata għax kieku ma kienxikun hemm għalfejn tipparteċipa b'żewġ kanzunetti. Il-kanuznetta se tinstema l-ewwel darba fuq l-aħbarijiet ta' TVM ilejla.
Sadattant apparti l-kontroversji kollha, l-ILLUM jawgura li din id-diska magħżula flimkien mal-kantanta ta' livell Internazzjonali Ira Losco, fl-aħħar iwasslu lil Malta li tirbaħ dan il-konkors li għal ftit ġtanet jgħaqqad lil pajjiż f'poplu wieħed wara Ira Losco u l-bandiera Maltija li ġġorr ma leħinha.
Bħalissa l-kap tad-delegazzjoni Maltija flimkien mal-manager ta’ Ira Losco jinsabu fi Stokkolma għal-laqgħa tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet kollha tal-EBU.