L-ikla t-tajba
Insalata Mediterranja
bi dressing tat-tadam imqadded
Ingredjenti:
Insalata mħallta (ħass, rukola, spinaċi...)
- 2 tadam
- ½ ħjara
- ½ basla vjola
- 100g ġobon feta
Poġġi l-insalata fil-qiegħ ta’ skutella u itfa’ fuqhom saff saff ta’ tadam, basal u ħjar. Farrak il-ġobon feta fuq kollox, u xerred id-dressing fil-wiċċ.
Għad-dressing:
- ½ kikkra tadam imqadded
- 2 imgħaref ħall balsamiku
- ½ kikkra żejt mit-tadam imqadded
Poġġi t-tadam imqadded fi skutella u bi blender itħan ftit sakemm jiġu f’biċċiet iżgħar. Ħawwad u żid il-ħall balsamiku, u kompli ħawwad b’furketta. Żid iż-żejt u kompli ħawwad.
Dan id-dressing tista’ żżommu fil-friġġ sa ġimgħa, u tuża biss kemm għandek bżonn.
Tista’ tieħu din l-insalata waħedha, iżżidilha biċċiet tat-tiġieġ, ħut jew laħam jew inkella bħala kontorn għal mal-platti tiegħek.
Torta quiche bil-ġbejniet
Ingredjenti:
- Għaġina short crust
- 2 kurrat imqatta’ (jew basliet)
- 2 bajdiet
- ½ kikkra ħalib
- ½ kikkra krema friska
- 2 imgħaref stragun jew chives imqatta’
- ½ kuċċarina melħ u bżar
- ¾ kuċċarina noċemuskata
- 60g ġbejniet friski mfarrkin
Metodu:
- Iftaħ l-għaġina fuq dixx u taqqab b’furketta. Aħmiha waħedha għal madwar kwarta f’temperatura ta’ 200°C. Baxxi t-temperatura għal 180°C.
- Sadanittant, għalli fti ilma f’borma u żid il-kurrat sakemm jirtabu għal madwar 5 minuti. Saffihom u ħalli f’ġenb.
- Fi skutella kbira ħabbat flimkien il-bajt, ħalib, krema stragun, bżar, melħ u noċemuskata.
- Fil-qiegħ tal-għaġina ifrex il-kurrat imsaffi, u farrak il-ġbejniet fuqha. Ferra’ t-taħlita tal-bajd fl-għaġina u aħmi sakemm tintefaħ u tiħmar xi ftit, madwar 40-50 minuta.
Gallettini tal-lumi
Ingredjenti:
- 2 kikkri dqiq
- 2 kuċċarini baking poder
- ½ kuċċarina melħ
- 150 butir artab
- Kikkra + 2 magħref zokkor
- 1 magħrfa qoxra tal-lumi
- 1 bajda
- 1 isfar tal-bajd
- 2 magħref meraq tal-lumi
- ½ essenza tal-vanilla
- Ftit qtar kulur isfar (jekk trid)
- ½ kikkra icing sugar
Metodu:
- Saħħan il-forn għal 180°C.
- Fi skutella kbira ħawwad flimkien id-dqiq, baking powder u melħ.
- Fi skutella oħra, ħabbat flimkien il-butir, zokkor u qoxra tal-lumi, bl-għajnuna ta’ food processor, sakemm it-taħlita tibjad.
- Żid il-bajda u l-isfar tal-bajd u ħawwad. Kompli żid il-meraq tal-lumi, il-vanilla u l-kulur jekk tkun se tuża. Ħawwad kollox u bil-mod żid it-taħlita tal-ingredjenti nexfin sakemm jitħallat kollox flimkien.
- Poġġi l-icing sugar fi skutella żgħira. Ħu parti mit-taħlita, daqs ta’ kuċċarina u rembel b’idejk f’forma ta’ ballun u poġġi fl-iskutella bl-icing sugar sakemm tinkesa kompletament.
- Poġġi fuq dixx b’karta strazza u poġġihom daqsxejn separati minħabba li jinfetħu. Aħmi f’forn imsaħħan għal madwar 10-13-il minuta.