L-Oroskopju
Aqra x'jgħidu l-istilel għal din il-ġimgħa, fl-Oroskopju mwassal lilkom minn PaulJon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Aquarius minħabba li se jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid (New Moon) u dan se jġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Għal dawn il-ħmistax, int li taqa’ taħt din l-istilla, Aquarius trid tagħraf aktar kif timxi fl-imħabba fejn din se tkun l-aktar sitwazzjoni delikata f’dan il-proċess, kemm mil-lat ta’ mġiba u kemm mil-lat ta’ kid int se tħossok. Tippruvax tkun forma teatrali għax jaf toħloq iktar ħsibijiet. Kun kemm tista’ kawt u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Taurus
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Pisces peress li meta jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid, u dan se jġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Però, l-aktar li int tagħraf lilek innifsek f’dawn il-ħmistax li ġejjin, hija l-karriera tiegħek. Dan għaliex se jkun bħal eżami lest għalik u dan jaf ikun fuq diversi temi. Se jkun eżami li int se tagħraf li għandek abbiltà kbira fil-karriera u jekk kont xi ftit xettiku dan l-aħħar, issa dan il-ħsieb se jitlaq minn ġo fik. Kun int kemm tista’ kawt u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li int taħt dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Iż-żodijaku jieħu forma ġdida għal Aries, peress li meta jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid, dan se jġib miegħu bosta ċaqliq lejk. L-aktar huwa l-ħsieb imma li se jkun affetwat. Dan għaliex moħħok se jgħaddi minn fażi ta’ ħafna ħsibijiet, kemm pożittivi u kemm negattivi, imma huma dawn tal-aħħar li jafu jħallu effett fuqek għax dan huwa perjodu ftit itwal mis-soltu, imma int li qed taqra dan l-oroskopju qed tkun gwidat. Għalhekk, kun int kemm tista’ kawta u pożittiva.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Virgo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Taurus peress li meta jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid, dan se jġib miegħu bosta ċaqliq lejk. Però l-aktar li se tkun affetwat, huwa fil-ħin. Iva, il-ħin trid tibda tqassmu għalik sabiex fil-ħajja, bħalissa int issib spazju għalik. Il-ħin sabiex int tirrilassa bħal donnu spiċċa minn madwarek u dan jaf ikun ta’ bosta problemi ’il quddiem għal saħħtek. Għalhekk, agħraf sib ħin fejn int tibda tirrilassa u kun int kemm tista’ tkun waqt li tkun kawt u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Pisces
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Gemini peress li meta jidħol fis-seħħ dan il-qamar ġdid, dan se jġib miegħu bosta ċaqliq xi ftit iebes lejk, speċjalment fejn tidħol karriera, f’din il-fażi fejn trid tkun fl-aktar mument pożittiv għal dak li ġej għall-isfidi li se jibdew jersqu. Jekk int bħala Gemini tagħraf dejjem tilqa’ u tuża l-moħħ, dan jgħaddi imma jekk int se teħel f’xi pika jew sfida, hawnhekk se ssib li se tgħaddi minn fażijiet delikati. Agħraf aktar kun int kemm tista’ u tkun kawt u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Leo
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdid għal Cancer peress li meta jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid, dan se jġib miegħu bosta ċaqliq, speċjalment fejn jidħol kemm dak li int tixtieq ġewwa fik, u kemm dwar il-karriera tiegħek. Huwa żewġ sitwazzjonijiet li għalkemm m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin, imma għalik dawn jafu jkunu front wieħed, u għalhekk f’dan l-istadju, int trid tagħraf il-potenzjal tiegħek f’dan ir-rigward. Għalhekk, kun aktar int kemm tista’ u kun kawt u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Scorpio
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Leo peress li meta jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid, dan se jġib miegħu bosta ċaqliq, u dan l-aktar li se jkun effettiv huwa tal-mod ta’ kif int se tħares lejn is-sitwazzjoni kollha ta’ madwarek. Però, hawnhekk trid toqgħod attent għax f’dan l-istadju, ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu jkunu mhux dak li tixtieq int f’dak il-mument. Dan tagħtix kasu għax dawn jistgħu jinbidlu, għalhekk agħraf sew kemm tista’ tkun kawt u pożittiv
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Aries
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Virgo peress li meta jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid, dan se jġib għalik bidla ta’ kif tippjana l-affarijiet ta’ madwarek, se jorganizza aktar għalkemm int ma kontx ħażin rigward kif tippjana, eżempju l-ġimgħa tiegħek, imma dan il-qamar se jagħtik aktar perfezzjoni fl-ippjanar tiegħek u dan int se tarah fil-ħmistax li ġejjin. Id-differenza se tinħass għalhekk, kun aktar kawt u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Aquarius
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Libra peress li meta jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid, dan se jwassal ġewwa fik sabiex tagħraf aktar min vera int. inutli li toqgħod tinħeba wara dak jew wara dik. Wasal iż-żmien li int tagħmel iżjed kuraġġ ġewwa fik u appuntu, dan li se joffrilek dan il-qamar, u bla ma toqgħod tiddejjaq, kun int u uri min int fil-verità. Dan mhux talli mhux se ttellef, anzi l-ħajja ta’ madwarek, se tevolvi aktar, għalhekk kun iktar kawt u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Gemini
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Scorpio peress li meta se jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid, dan se jwassal għal mument ta’ riflessjoni profonda dwar xi deċiżjoni li int għandek tieħu. Issa ma tistax toqgħod tilgħad aktar, trid tasal għal dik id-deċiżjoni li għandha bżonn tittieħed minnek, u dan il-qamar se jimlik b’dak il-kuraġġ li int għandek bżonn sabiex finalment tasal għal forma ta’ deċiżjoni għaqlija u għalhekk, int trid tkun aktar kawt u pożittiv.
Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Libra
Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Sagittarius peress li meta jidħol fis-seħħ qamar ġdid, dan se jkollu effett fuqek fuq in-naħa emozzjonali u għalhekk, trid tagħraf ħafna żżomm bilanċ għall-mod ta’ sentimentaliżmu li se jiżdied ġewwa fik għax jekk int ma tkunx kapaċi żżomm il-bilanċ meħtieġ, dan ’il quddiem jista’ jkun ta’ ftit inkwiet. Għalhekk, issa taf li dak is-sentiment li int se tħoss, trid tikkontrollah kemm tista’, u għalhekk trid tkun iktar kawt u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Cancer
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku se jieħu forma ġdida għal Capricorn peress li meta jidħol fis-seħħ il-qamar ġdid, dan se jkollu effett fuqek sabiex tagħraf tgawdi ftit iktar il-ħajja ta’ madwarek. Sfortunatament, minħabba li int mhedi b’ħafna pressjoni madwarek, dan mhux qed jagħtik iċ-ċans ta’ spazju biżżejjed għalik, imma issa dan il-qamar se joffrilek dak l-ispazju li int tant għandek bżonn, u għalhekk agħraf aħtaf din l-opportunità, u għalhekk trid tkun iktar kawt u pożittiv.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li int f’dan il-qamar ġdid għandek tevita hi dik ta’ Sagittarius
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom