L-Oroskopju għal din il-ġimgħa

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa, fl-oroskopju mwassal lilek minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus dan lilek  se jipprovdilek li int  trid tagħraf tkun ċara dwar eżattament x'vera trid kemm fil ħajja ta’ madwarek u kemm fil-ħajja personali tiegħek, li int qed tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn, anzi taf qed tikkrea ċirku ta’ negattività li mbagħad jist’a jibda joħloq sitwazzjonijiet xi ftit ta’ diffikultà madwarek , Mejju jaf jagħtik dik l-enerġija li int tieħu pożizzjoni li wara tagħraf kemm int tħossok aħjar imma dejjem int trid tara kif tagħraf taħtaf din l-energija li ġejja lejk. 

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li għadda l-qamar kwinta, dan sejjer ikun dak ix-xahar ta’ riflessjoni fuq il-ħajja kompluta ta’ madwarek. Wasal il-mument sabiex tagħmel xi ftit irtokki personalment. Grazzi għal dawn l-irtokki ser tkompli tikber, tissaħħaħ u tagħraf aktar il-ħajja ta’ madwarek, tagħraf kemm għandek potenzjal, kemm għandek x’tagħt. Tajjeb tagħmel ftit meditazzjoni sabiex inti tkun tista’ tnaqqas xi ftit mill-pressjoni u hekk int tħossok aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, għalik ser ikun dak ix-xahar ta’ konċentrazzjoni aktar fil-karriera tiegħek. Huwa xahar fejn inti trid ittejjeb il-ħidma ta’ madwarek u tara’ x’inhu l-aktar viabbli għalik. Huwa xahar li għalkemm se tiffoka fuq il-karriera, grazzi għal dan inti tista’ wkoll tagħraf issib bilanċ fil-ħajja personali. Għalik dan jista’ jkun ta’ pass aktar stabbli u tibbilanċja dak li hemm madwarek u jkun tajjeb tagħraf tibdieh.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, għalik dan ix-xahar ser jgħinek tagħraf aktar il-ħajja ta’ madwarek. Jigifieri jekk forsi ilek ma tkun iffokat fuqek, dan ix-xahar sejjer ikun wieħed ta’ motivazzjoni kemm għalik personali kif ukoll fl-imħabba u fil-karriera. Ħabib li sejjer tiltaqa’ miegħu sejjer jagħtik aspirazzjoni aktar f’dan ir-rigward. Dan ikun pass pożittiv għall-ħajja ta’ madwarek. Hekk int tista’ tagħraf il-kwalitajiet li int tipposedi u dawn huma mera għalik u għal dak li ġej.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, għalik sejjer ikun dak ix-xahar li inti sejjer tagħraf fih l-akbar bżonnijiet ta’ dak kollu li għandek madwarek. Jekk forsi ilek ma tagħmel xi forma ta’ gwida lejn il-bżonnijiet tiegħel, dan ix-xahar sejjer ikun dak ta’ bidla fl-iskeda li jista’ jkun issa għamlet żmienha. Hekk qed jinass li hemm bżonn ta’ skeda friska. Jista’ jkun li ċeta ċaqliq għall-ewwel mhux se jinżel tajjeb għax int il-bidla tibża’ xi ftit minnha, issa hu l-mument li tagħmel din l-iskeda friska u tħaes ’il quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, Mejju għalik ser ikun dak ix-xahar ta’ deċiżjoni ta’ bidla fil-karriera tiegħek. Din ser tkun deċiżjoni verament iebsa li se tieħu imma fl-aħħar mill-aħħar din ser tiftaħlek ċertu bibien li sa issa sfortunatament kienu magħluqin. Issa ser tintebaħ kemm inti tassew kapaċi tibni karriera, ħajja, akatar immexxija minnek u mhux addattata skont ħaddieħor. Tibżax minn dan il-pass għax se jkun aktar ta’ stabbilita u ovvjament kollox jieħu l-ħin tiegħu imma għandek prospetti sbieħ quddiemek.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Saggitarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, għalik Mejju ser ikun ix-xahar li ser jistimulekfit-tmexxija għaqlija li int magħruf tant għaliha. Dan ix-xahar ser jagħtik il-furtuna li jista’ jkun li kienet naqset xi ftit min ta’ madwarek sabiex tagħraf tmexxi lilek lejn dak li huwa verament bżonn għall-ħajja tiegħek. Jekk int kont xi ftit inċert dwar dan issa dan ix-xahar sejjer jerġa’ jagħtik dik il-qaeea li inti tista’ tagħraf timxi kif tixtieq inti u tibni dik il-kunfidenza fik innifsek. Kollox ser jerġa’ jibda għalik.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, Mejju ser jgħinek tagħraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din tal-inqas ma tikkawżalekx ħsara tant ma ta’ madwarek. Din it-taqbida jekk ma ssibx tarfha ser toħloq problemi kbar madwarek li żgur li bħalissa mhux il-mument għal dan. Imma dan ix-xahar jaf ikun ta’ ftit aktar pożittività għalik għalhekk jaf ikun forma ta’ għajnuna sabiex din tkun megħluba aktar kmieni. Emmen fik innifsek u dan jgħaddi aktar malajr milli tagħraf.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, għalik dan iż-żmien se jipprovdilek sitwazzjoni fejn trid tagħraf tnaqqas mill-pressjoni ta’ ħidma li int involut fiha/ Dan huwa minħabba li l-ewwelnett m’intix tlaħħaq ma’ dak kollu li hemm madwarek u dan kultant qiegħed joħloq ċertu tensjoni madwarek li  mhux ikun ta’ benefiċċju għalik. Barra minn hekk il-ħajja tal-familja qiegħda tabbandunaha xi ftit. Inti taf li qed titlef ċertu okkażżjonijiet, għalhekk agħraf sabiex dan jiġi rregolat ħalli kollox ikun fil-mument ġust.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, dan għalik se jipprovdi sfida fil-ħajja sabiex inti tagħraf jekk hux vijabbli timxi ma’ dak li għandek madwarek jew tibda ħajja kompletament ġdida. Ma tistax inti minħabba affarijiet li ma tistax tikkontrolla, tintefa’ l-ħtija fuq ta’ madwarek. Trid jew tagħraf ir-responsabbilità tiegħek li inti tkun kapaċi tikkontrolla  dak li jseħħ minn issa ’l quddiem jew inkella ara kif timxi għalik innifsek. Din is-sitwazzjoni għalkemm mhix waħda faċli, imma f’dan il-mument hi propju għaqlija.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, għalik dan ser ikun ix-xahar tal-bilanċ fl-imħabba li inti trid tagħraf. Dan huwa ż-żmien li inti trid tagħraf aktar l-impenn fl-imħabba li hemm madwarek. Trid tatiha l-ispazju li verament jixirqilha. Jekk dan mintix se tagħrfu, jista’ jkollok l-istess sitwazzjonijiet li inti kont ġarrabt fil-passat. Għalhekk uża l-passat tiegħek bħal mera fl-imħabba u minn dan oħloq il-bilanċ meħtieġ. B’hekk inti tara kemm tħossok aħjar però għalissa agħraf uża moħħok mhux qalbek.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li għadda l-qamar kwinta ta’ Taurus, għalik dan għandu jservi ta’ pont ta’ aktar għaqda bejn dak li dan l-aħħar qisek tlift il-kontroll fuqu. Għandu wkoll iservi ta’ pont bejn dak kollu li hemm madwarek u meta dan il-pont ser tagħmlu, se tagħraf kemm il-ħajja ta’ madwarek hi aħjar u aktar ta’ aspirazzjoni għal dak li hemm imħejji għalik. Għalhekk aħtaf dan il-mument sabiex inti tkattar il-ħajja ta’ madwarek u hekk tkun aktar int milli qatt kont. Li tkun indipendenti huwa fattur importanti ħafna.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fix-xahar ta’ Mejju se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment