L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa, kif imwassal lilkom minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-qamar ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini ser iwasslek biex tkun tista’ tagħti dik l-imġabba li verament tixtieq. Għalhekk bħalissa ara lil min verament tista’ tafda b’ċertu kliem sabiex ma’ din l-istess persuna tkun tista’ tiftaħ qalbek dwar din is-sitwazzjoni li qed tinkwetak. Din is-sitwazzjoni li għaddej minnha bħalissa taf tagħmlek ftit nervuż u tħossok f’tensjoni, però fi żmien ħmistax oħra int tkun tista’ toħroġ minn dan.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Libra.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-qamar ġdid li beda taħt iż-żożdijaku ta’ Gemini jaf jikkawża li int titlef iċ-ċans li dik is-sitwazzjoni li tixtieq tirranġa u tirregola tkun aktar diffiċli. Imma jekk minn issa tagħraf tikkumbatti hemm possibilità tajba li tilħaq l-għan tiegħek. Mhix ser tkun sitwazzjoni faċli imma trid tissielet biex terbaħ dak li int tant tixtieq. Qatt m’għandek taqta’ qalbek għax dak biss jista’ jfisser li fallejt. Agħraf u tippermettix dan.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Il-qamar il-ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini ser iwasslek għall-pjan li inti tixtieq verament twettaq imma dan trid tħejji sew għalih. Taf li inti ma tħobbx tmur ħażin f’dak li trid twettaq u taf li b’dan il-pjan trid tagħti spinta biex isir dak li hemm bżonn isir. Għalhekk tgħaġġilx u toqgħodx taħseb li b’ġebla waħda ser tolqot żewġ għasafar għax jaf tispiċċa ma tolqot xejn. Agħraf sew dak li inti trid iseħħ fl-eqreb żmien.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt           

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-qamar il-ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini se joffrulek dak il-mument li inti għandek tagħraf x’verament tixtieq kemm għalik kif ukoll għal ta’ madwarek. Issa trid tagħraf iżjed ir-responsabbilità li inti erfajt u trid turi kemm inti matur għal dak li hemm bħalissa madwarek. Għalhekk issa b’dan kollu jdur madwarek trid tagħraf x’verament trid. Tipprovax tieħu parir mingħand xi ħbieb għax dan int biss trid tagħraf verament x’jgħodd għalik u ħadd aktar. 

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-qamar il-ġdid li propju beda taħt l-istilla tiegħek ta’ Gemini, ser ikun għalik twettiq ġdid. Mhix ser tkun faċli xejn għalik speċjalment fid-dinja l-ġdida li inti se tipprova tidħol. Imma bil-karattru qawwi u determinat tiegħek bħala Gemini xejn ma huwa diffiċli. Inti magħruf li tegħleb kull sfida li ssib quddiemek. Għalkemm għandek telgħa quddiemek xorta se titlagħha u meta tilħaq il-quċċata se tkun sodisfatt ħafna li dan ser ikun sar kollu bl-abbiltà tiegħek biss.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-qamar il-ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini ser joħloq żmien ta’ stennija ta’ risposta partikulari u dan għandu jiġri fil-ġimgħat li ġejjin. F’dawn il-ġimgħat li ġejjin għandek impenji importanti wkoll barra l-istennija tant ta’ aħbar li ilek xhur tistenniha. Però għal dan iż-żmien kollu li qattajt kważi fuq ix-xwiek ma kienx għalxejn u din l-aħbar sejra tiftaħlek bosta toroq fil-ħajja professjonali u personali tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-qamar il-ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini ser iġiegħlek twebbes rasek aktar u dan jaf ikun għalik ta’ gwadann sabiex inti turi li inti ta’ karattru. Iva jistgħu jwaqqgħuk ħażin imma dan huwa l-bżonn tal-mument li inti sejjer tiffaċċja. B’dak li int se turi f’dan il-mument ma inti se titlef l-ebda kreddibilità anzi se tagħti twissija li inti taf taddatta għal kull sitwazzjoni li tiġi quddiemek. Il-kliem ta’ xi wħud mhu ser ibiddel xejn b’dak li se tagħmel.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-qamar il-ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini jaf jikkawża nuqqas fir-rankatrua li inti kont għaddej biha però dan mill-banda l-oħra dan l-istadju ser ipoġġik f’pożizzjoni sabiex inti tiffoka ftit aktar fuqek innifsek: xi ħaġa li żgur għandek bżonn. Kull sitwazzjoni fiha l-pożittiv u n-negattiv tagħha għalhekk għalkemm din il-fażi qiegħda ttelfek minn ċertu rutina tas-soltu imma huwa mument sabiex inti tirrifletti ftit aktar dwarek. Aħtaf din l-opportunità għax għandek bżonn.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-qamar il-ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini ser joffrilek opportunità li riesqa però sejra toħloq xi ftit tat-tensjoni madwarek. Taf li fil-mument mhux iż-żmien għal ċertu deċiżjonijiet, int taf ukoll li bħalissa trid tkun ferm attent minn dak li tagħmel minħabba dak li għaddejt minnu ftit żmien ilu. Fl-istess waqt ovvjament ma tridx titlef dak li jista’ jkun ta’ aktar gwadann għalik. Imma trid tagħraf sew u b’għaqal kbir dak li hemm propost f’din l-opportunità li riesqa lejk.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-qamar il-ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini ser iwasslek biex inti tagħraf aktar timxi b’moħħok milli b’qalbek. Hemm sitwazzjoni madwarek li inti trid tagħraf taffaċja bil-qawwa kollha li int taf u ma tħallix din is-sitwazzjoni tħarbat dak li bnejt f’dawn l-aħħar xhur. Xejn ma jsir malajr kollox irid il-ħin tiegħu. Issa huwa dak il-waqt sabiex inti tara kemm int kapaċi bil-moħħ tegħleb dak li hemm u tħossok sodisfatt jew inkella titkaxkar u tara telfa. Tippermettix dan.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Ġimgħa

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Cancer

Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-qamar il-ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini ser jikkaġuna l-esperjenza tal-passat li int ġarrabt u hekk fil-ġimgħat li ġejjin se terġa’ tkun maħkuma minn ftit ansjetà. Minħabba f’hekk persuna li ma tantx kellek mumenti faċli magħha ser terġa’ titfaċċa f’ħajtek u dan jaf ikun ukoll ta’ eżami għalik sabiex tara kemm int b’saħħtek wara dak kollu li esperjenzajt u kemm inti kapaċi tegħleb dak li ser ikun madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Virgo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-qamar il-ġdid li beda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini ser joffrilek sfida sabiex int tagħraf tkun kapaċi tiffaċċja sitwazzjonijiet ibsin. Grazzi għal dan inti għandek tkun kawta ħafna f’dak li jista’ jkun riesaq lejk. Fil-mument inti tinsab imdawra b’ħafna pożittività u m’għandekx tkun imfizkla minn dak li ġej jew iseħħ. Speċjalment fejn tidħol l-imħabba bħalissa qiegħda fil-linja t-tajba. Għal dan ir-raġun inti għandek tagħraf iżjed li dak li inti rnexxielek tgħaqqad ħadd ma jħarbatulek.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ ostaklu għalik f’dan iż-żmien ġejja minn Leo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment