L-Oroskopju
Ara x'qed jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa, hekk kif imwassla lilkom minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Din il-ġimgħa Aquarius ser jibdew il-fażi qamar kwinta ta’ Gemini li ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar dak li hemm għaddej fil-ħajja preżenti. Għalkemm tħossok xi ftit konfuża u ma tafx eżatt x’taqbad tagħmel, trid tibqa’ kawta u taħseb fil-fond fuq dak kollu li qed idur madwarek imma bil-galbu tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjoni. Jekk għall-bżonn tagħmel tagħmel ftit riflessjoni, int tkun tista’ tagħraf x’inhu l-iktar pass għaqli għalik.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Gemini.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Din il-ġimgħa Pisces ser jibdew il-fażi tal-qamar kwinta ta’ Gemini, dan ser iġib ħsibijiet fil-fond fuq dak li int qed taspira li ġej għall-karriera tiegħek. Int qiegħed tagħraf li ser ikun hemm aktar żviluppi fil-karriera tiegħek. Dan ser jaffettwa ċ-ċirku kollu li għandek madwarek u żgur li trid li żżomm kollox fuq keffa waħda. Għalhekk barra li trid issib biżżejjed spazju għalik sabiex taħseb, ikkonċentra sew.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Cancer
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Din il-ġimgħa Aries ser jibdewe il-fażi tal-qamar kwinta ta’ Gemini. Dan ser ipoġġik taħt tensjoni minħabba dak li għaddej bħalissa madwarek. Bla ma trid qed tinqabad taħt pressjoni ta’ tensjoni u bħal qisek mintix tħossok f’postok għal kollox. Però tajjeb tkun taf li din il-fażi se tgħaddi wara ftit ġimgħat. Ma tridx titkabbar ma’ ta’ madwarek għax inkella ser toħloq aktar tensjoni.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Din il-ġimgħa Taurus ser jibdew il-fażi tal-qamar kwinta ta’ Gemini. Għal dan int trid tkun iktar kalm f’dak li trid twettaq. Fejn is-soltu tkun agressiv/a sabiex twettaq dak li trid, issa ser tħoss ċertu kalma li għall-ewwel jaf tħasbek xi ftit. Toqgħod tinkwieta xejn għax dan mhux tort tiegħek però hija fażi li trid tgħaddi minnha u tagħraf biex din il-fażi ma twaħħlekx fiha.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Virgo.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Din il-ġimgħa Gemini ser jibdew il-fażi tal-qamar kwinta taħt l-istilla tagħhom stess. Dan ser ikun mument ta’ ftit aktar pressjoni minħabba li ħafna pjanijiet li għandek u li trid twettaq. Dan ovvjament se joħloq pressjoni madwarek li minħabba f’hekk jaf tħossok li tlift xi ftit il-kontroll imma dan mhux ser jiġri taħt l-istilla ta’ Gemini. Għalkemm il-pressjoni tibda tikber, int se tagħraf issib il-kontroll tagħha wkoll.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Din il-ġimgħa Cancer ser jibdew il-fażi taħt il-qamar kwinta ta’ Gemini. Din jaf tkun fażi ta’ eċitament minħabba dak li inti tixtieq tara lest. Minħabba ċertu sitwazzjonijiet li ħadd m’għandu kontroll fuqhom dan jaf jikkawża eċitament kbir imma dan mhux se jkun fit-tul għax f’dawn il-ħmistax li ġejjin int se tara li dak li int tixtieq ser jirnexxielek tagħmlu.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Scorpio
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Din il-ġimgħa Leo ser jibdew il-fażi tal-qamar kwinta ta’ Gemini. Dan ser ikun mument ta’ enerġija u dan sabiex ma taqax lura minn dak li ġej għalik fil-mument qarib. Għalhekk sabiex int tkun imħejji se tinbena fik aktar enerġija mis-soltu. Grazzi għal dan tkun kapaċi tlaħħaq ma’ dik is-sitwazzjoni kollha li hemm madwarek u ħajtek tibqa’ għaddejja mingħajr ma jkun hemm madwarek. Ħajtek hekk tibqa’ għaddejja mingħajr waqgħa minn dak kollu li għandek madwarek
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Gemini.
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Din il-ġimgħa Virgo ser jibdew il-fażi taħt il-qamar kwinta ta’ Gemini. Dan ser ikun mument ta’ aktar tħejjija dwar dak li qed tippjana. Però din it-tħejjija taf tkun ftit aktar delikata mis-soltu fejn inti se tara li tkun mħejji aktar mingħajr ma tħalli xejn barra. Is-soltu ma tkunx iffukat tant fuq dan imma din id-darba trid tara li tkun involut sal-anqas dettall sabiex kollox imur sew u tara differenza.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Capricorn
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Din il-ġimgħa Libra ser jibdew il-fażi taħt il-qamar kwinta ta’ Gemini. Dan huwa mument ta’ aktar ħsieb kif attwalment tkun aktar ta’ bilanċ f’dak kollu li hemm madwarek. Għalkemm inti tagħmel dak kollu li hu possibbli sabiex tagħraf il-bilanċ. Dan l-aħħar xi ħadd minn madwarek ġibidlek l-attenzjoni li forsi trid tkun aktar ibbilanċjat u minħabba dan il-parir li ġie mgħoti lilek, dan il-perjodu ser ikun imfassal għal din ir-raġuni ewlenija ta’ aktar bilanċ f’dak li hemm madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Din il-ġimgħa Scorpio ser jibdew il-fażi taħt il-qamar kwinta ta’ Gemini. Dan se jkun mument ta’ riflessjoni dwar saħħtek. Hu perjodu fejn int se tħpss li għandek iddur ftit miegħek innifsek speċjalment fis-saħħa; kemm mil-lat ta’ viżta għand it-tabib kif ukoll mil-lat fiżiku fejn inti trid issib ħin għalik sabiex tibda tmur sal-gym jew tagħmel xi mixja tajba.
Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Pisces
Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Din il-ġimgħa Sagittarius ser jibdew il-fażi taħt il-qamar kwinta ta’ Gemini. Dan il-mument se jkun ta’ aktar tkattir fl-imħabba li għandek madwarek. Se tagħraf x’nuqqasijiet hemm u bil-mod se tibda tħoss kif għandek tirranġahom u hekk dan ser isarraf sabiex int tagħraf kemm l-imħabba ta’ madwarek tista’ tkun aħjar milli hi llum.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Aries
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Din il-ġimgħa Capricorn ser jibdew il-fażi taħt il-qamar kwinta ta’ Gemini. Dan hu l-mument ta’ xi tibdil rigward il-mod kif int se tibda tagħraf aktar min minn dawk ta’ madwarek hu ġenwin u min mhux. Dan se tagħmlu wara li tkun għaraft li kien hemm xi forma ta’ tradiment u hekk issa wasal il-ħin opportun sabiex issa aktar minn qatt qabeltagħmel analiżi profonda ta’ dawk l-aktar viċin tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se tkun ta’ direzzjoni lejn l-imħabba ġejja minn Taurus
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanj