L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Minħabba li bħalissa Aquarius qiegħda taħt iż-żodijaku ta’ Gemini, din il-pożizzjoni mhix qed tkun waħda komda biex bħala Aquarius timxi b’dik ir-rankatura li suppost miexi biha f’ħajtek. Madanakollu, żomm lilek innifsek iffokat ftit aktar mis-soltu sabiex ma tikkommettix ċertu żbalji li jistgħu jkunu ta’ konsegwenzi għalik.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Minħabba li bħalissa Pisces tinsab taħt iż-żodijaku ta’ Gemini, dan jaf iħalli effet ta’ nervosità ftit aktar mis-soltu. Issa minħabba hekk trid tagħraf tikkontrolla kemm aktar lilek innifsek kif ukoll is-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek u kaġun tagħhom titlef il-kontroll. Sfortunatament ġej żmien ftit iebes għalik imma agħraf ikkonfronath bl-aħjar mod.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Minħabba li bħalissa Aries hija taħt iż-żodijaku ta’ Gemini, din ser twassal għal triq aktar iebsa u b’hekk issir ftit aktar nervuża mis-soltu. Għalhekk issa li inti tag dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla kemm lilek innifsek kif ukoll dawk ta’ madwarek biex tieħu dak li jinqala’ b’aktar kalma u trankwillità.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta       

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Minħabba li bħalissa taurus tinsab taħt iż-żodijaku ta’ Gemini, ser titlef ftit aktar il-paċenzja u tibda tħossok trid l-affarijiet ta’ madwarek jimxu b’pass aktar mgħaġġel. Issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi aktar b’saħħtek f’dak li ġej. Però trid tagħraf tikkontrolla biss il-paċenzja għax xi kultant fil-ħajja ma tistax tkun fil-kontroll ta’ dak kollu li jkun għaddej madwarek.  

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Minħabba li Gemini tinsab taħt l-istess żodijaku, din se tagħmlek ftit aktar agressiv fl-ambizzjonijiet kemm tiegħek personali kif ukoll ta’ madwarek. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik minħabba dak li ġej. Għalhekk jaf tkun agressiv u dan juri aktar abbilità qawwija f’dak li trid tesprimi u twassal imma jaf tkun agressiv ukoll fil-mod ta’ kif iġġib ruħek. Kun aktar kawt.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Minħabba li bħalissa Cancer tinsab taħt iż-żodijaku ta’ Gemini, din se tgħinek tagħraf il-kontroll li għandek. Jekk int is-soltu tkun ikkontrollata minn ċerti aspetti tal-ħajja, issa sejjer issib oppożizzjoni u dan jekk int għandek relazzjoni ta’ mħabba trid tagħraf aktar kif taġixxi għax din se turi ħafna differenza fik.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Minħabba li bħalissa Leo tinsab taħt iż-żodijaku ta’ Gemini, din se tipprovdilek u tqawwilek l-abbilità li tagħraf il-kontroll tal-ħajja, kemm tiegħek personali kif ukoll ta’ madwarek. Dan huwa perjodi li jista’ jkun li fih int terġa’ terbaħ dak li tlift jew ħadulek mill-karattru tiegħek li int tant magħruf għalih. Għalhekk għandek taħtaf dak il-perjodu sabiex int terġa’ tikber.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Minħabba li bħalissa Virgo tinsab taħt iż-żodijaku ta’ Gemini l-ħajja ta’ madwarek sejra tkun ftit aktar mexxejja mis-soltu. Fejn is-soltu tiegħek kien ikun li jekk għandek tagħmel xi forma ta’ pass dan iddum biex tagħmlu, issa f’dan il-perjodu taħt l-istilla ta’ Virgo int se tħaffef dan il-proċess u dan ifisser li għandek tagħraf tiżen aktar dak li se tkun qed tagħmel ħalli ma tagħmilx deċiżjonijiet ħżiena speċjalment fit-tliet ġimgħat li ġejjin.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Minħabba li bħalissa Libra tinsab taħt iż-żodijaku ta’ Gemini, il-ħajja madwarek ser ikolla dak l-iżbilanċ li ma tantx huwa tajjeb f’dan il-perjodu. Għalkemm għalik dan l-iżbilanċ mintix ser tinduna wisq bih għax se tkun iffukat fuq ix-xogħol u l-karriera tiegħek. Se tħoss li ma hemm xejn ħażin imma ta’ madwarek sejrin iħossu n-nuqqas ta’ attenzjoni li qed tagħtihom.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Minħabba li bħalissa Scorpio tinsab taħt iż-żodijaku ta’ Gemini l-ħajja sejra tinħass xi ftit inċerta. Dan għalik bħalissa ser iġiegħlek tħossok inċerta u kemm peress li bħala Scorpio f’dan il-perjodu hem inċertezza dwar it-tkomplija ta’ dak li kien imfassal li sejjer jitwettaq. Però għandek żżomm kawt u prova bil-mod xorta wettaq dak li tixtieq.

Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Cancer

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Minħabba li bħalissa Sagittarius hija taħt iż-żodijaku ta’ Gemini, ir-relazzjoni fl-imħabba se titħabbel xi ftit u dan jaf jekk ma tikkontrollax  jinħolqu l-problemi. Iktar ma nersqu lejn l-istilla ta’ Capricorn iktar jaf tersaq lejk it-tentazzjoni li taf ma tkunx ikkontrollata. Din ovjament ser toħloq problemi kemm lilek u aktar u aktar lil ta’ madwarek.  Agħraf li quddiemek għandek sitwazzzjoni stabbli, tħallix xi manuvra tħarbatlek dan.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Minħabba li bħalissa Capricorn tinsab taħt iż-żodijaku ta’ Gemini, dan ikun ifisser li huwa l-mument opportun u li trid taħtaf dan il-perjodu fantastiku sabiex tkabbar dak kollu li hemm madwarek f’dak li tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek tagħmel possibbli li tirċievi dak kollu li jista’ jagħmlek aħjar. Attent li ma tmurx fl-estrem.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tkun ta’ motivazzjoni pożittiva għalik ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà t

More in Divertiment